Left arrow Go Back

IL-KAĊĊA, L-INSIB U L-AMBJENT

pr1952
Date Icon 28/12/2001


Fil-Gazzetta tal-Gvern il-lum se jiġu ppubblikati 12-il Avviz Legali li jġibu tibdil fir-regolamenti tal-kaċċa, l-insib u suġġetti relatati ma' l-ambjent, bħall-kwalità ta' l-ilma u l-iskart.

Dawn ir-regolamenti jipprovdu għal tibdil fil-carnet de chasse bl-iskop li l-proċeduri għall-permess tal-kaċċa u nsib jassiguraw li tinġabar l-informazzjoni preċiża dwar kemm tkun saret kaċċa u nsib. Skond il-proċedura l-ġdida fit-tiġdid tal-liċenzji l-kaċċaturi se jkollhom bżonn rakkomandazzjoni mill-organizzazzjoni li tirrapreżenthom; iżda din ir-rakkomandazzjoni tiddependi milli l-carnet de chasse tingħata bid-dettalji kollha mimlija. L-għaqdiet jgħaddu l-carnet de chasse bid-dettalji kollha lid-Dipartiment ta' l-Ambjent biex jiġġedded il-permess.

Ir-regolamenti l-ġodda jipprovdu wkoll għal titjib għall-kaċċaturi u n-nassaba fis-sens li min jinqabad għal kaċċa jew jonsob, u ma jkollux il-liċenzja fuqu, se jingħata 24 siegħa żmien biex jipproduċi l-liċenzja fl-Għassa tal-Pulizija, bħalma hi l-proċedura rigward il-liċenzja tas-sewqan.

Regolamenti oħra li se jkunu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern il-lum jittrattaw il-kwalità ta' l-ilma u l-iskart. Ir-regolamenti dwar il-kwalità ta' l-ilma huma maħsuba biex inaqqsu t-tniġġiż fl-ilma, filwaqt li dawk dwar l-iskart se jwasslu għal bidla sħiħa fis-sistema dwar kif niddisponu mill-iskart.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow