WHITE PAPER DWAR IL-LIGIJIET LI JIRREGOLAW IR-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI U TA’ L-IMPJIEG
pr1948
27/12/2001
| Wara snin ta’ stennija u konsultazzjoni bejn il-partijiet socjali u | mifruxa fuq tlett gvernijiet konsekuttivi, l-Gvern illum ippublika White Paper ta’ zewg ligijiet ewlenin, dik li ser tissejjah il-Ligi dwar ir-Relazzjonijiet ta’ l-Impjieg, li ser tissostitwixxi l-Att li Jirregola l-Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg (CERA) u emendi ghall-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali. |
| Il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika | Socjali, Lawrence Gonzi, li nieda din il-White Paper, qal li l-White Paper tirrapprezenta mument sinifikanti hafna, hekk kif id-dinja kollha ghaddejja minn bidliet kbar li jehtiegu aktar flessibilta’ u kumplimentarjeta’ bejn il-htigijiet socjali u r-realtajiet ekonomici, filwaqt li jigu utilizzati b’mod massimu ir-rizorsi umani tal-pajjiz. L-akbar tibdiliet saru sabiex il-ligi li tirregola r-relazzjonijiet ta’ l-Impjieg tkun wahda ‘family friendly’. Il-Gvern jirrealizza li t-tishih fir-rata ta’ partecipazzjoni fid-dinja tax-xoghol m’ghandiex issir a skapitu ta’ l-istituzzjoni tal-familja. "Huwa twemmin tal-Gvern li l-familja hija l-pern tas-socjeta’, madankollu din ghandha tkun imsejsa fuq xoghol produttiv halli tissarraf fil-holqien tal-gid li jinfiriex fuq is-socjeta’ kollha." |
| Il-Ministru ghall-Politika Socjali qal ukoll li kemm | l-abbozz ta’ l-Att dwar ir-Relazzjonijiet ta’ l-Impjieg, kif ukoll l-emendi ghall-Att dwar ir-relazzjonijiet Industrijali nkorporaw diversi mis-suggerimenti li ghamlu l-partijiet socjali, permezz tal-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali; filwaqt li gew integrati wkoll ratifiki u obbligazzjonijiet maghmula taht numru ta’ konvenzjonijiet tal-Gnus Maghquda, l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xoghol u l-Kunsill ta’ l-Ewropa, filwaqt li gew integrati d-direttivi ta’ Unjoni Ewropea. Dawn iz-zewg ligijiet igibu fis-sehh numru ta’ weghdiet elettorali tal-Gvern, fosthom dawk dwar il-fastidju sesswali, d-diskriminazzjoni u d-dinjita’ tal-haddiem f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg. |
| Il-Ministru Gonzi qal li anki jekk ilhom snin | ghaddejjin konsultazzjonijiet fuq l-emendi li hemm bzonn isiru, il-Gvern qed jaghti xahar zmien ghall-kummenti u rejazzjonijiet tal-partijiet socjali u s-socjeta’ civili, sabiex ikun jista’ jintlahaq kunsens wiesgha fuq il-mizuri godda li ser jigi ntrodotti. |
Kopji tal-White Paper jistghu jinkisbu mill-Ministeru ghall-Politika Socjali (tel. 2590 3446; e-mail: info.msp@gov.mt) jew mill-website: http://www.msp.gov.mt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN