MESSAGG MILL-E.T. IL-PRESIDENT TA’ MALTA, L-PROF. GUIDO DE MARCO LILL-MALTIN U GHAWDXIN LI JGHIXU BARRA MINN MALTA
pr1920
19/12/2001
"Gheziez Huti Maltin u Ghawdxin li tghixu ’l hemm minn xtutna,
| Gheluq sena ohra taghtini l-opportunita’ li nwassal | lilkom l-emigranti Maltin u Ghawdxin tislima ta’ sliem u ta’ paci. Bhala Kap ta’ l-iStat, inwassal dan il-messagg lill-familja Maltija kollha mxerrda ma’ l-erbat irjiehat tad-dinja, lill-generazzjonijiet li hallew xtutna hafna snin ilu, kif ukoll lill-generazzjonijiet godda li fihom tinbet l-identita’ u d-dinjita’ Maltija. |
| Fi zminijiet difficli, l-ewwel ma nahsbu hu fi | qrabatna u l-mahbubin taghna. L-avvenimenti tragici tal-11 ta’ Settembru fl-iStati Uniti kellhom l-effett ukoll li ressquna izjed vicin xulxin. Kemm minna, konna fejn konna f’dawk is-sighat ta’ incertezza u ta’ shock, ma ppruvajniex inserhu rasna billi naghmlu kuntatt mal-familjari taghna li jinsabu ’l boghod? Forsi, izjed minn qatt qabel, nirrealizzaw kemm ghandna bzonn lil xulxin, il-hsieb u l-wens ta’ xulxin. Forsi, izjed qatt minn qatt qabel, gharafna kemm ahna poplu wiehed maghqud flimkien u f’solidarjeta’ ma’ kull min isofri l-ingustizzja. |
| Qed noqorbu lejn il-bidu ta’ sena gdida, sena li | fix-xena internazzjonali, tipprezenta ruhha b’ostakli ta’ kull xorta fit-triq tal-paci fost il-popli f’bosta partijiet tad-dinja. Ilkoll ghandna talba u speranza li l-popli u l-mexxejja taghhom isibu triqat li jwasslu biex jinstabu soluzzjonjiet veri u gusti ghat-tilwim li jezisti. |
| Fil-kliem tal-Papa Gwanni Pawlu II, fil-messagg | tieghu ghall-Gurnata Dinjija tal-Paci fl-1 ta’ Jannar li gej, ma tezistix paci minghajr gustizzja, ma hemmx gustizzja minghajr mahfra. Nisperaw u nahdmu lkoll sabiex dan il-messagg isir realta’. |
| Kull wiehed u wahda minna, fil-hidma onesta ta’ | kuljum, naghtu s-sehem taghna fil-bini ta’ ghaqda u wens aktar wiesa’. Ahna fejn ahna, inkomplu nhaddnu u nghixu t-twemmin u l-valuri ta’ missirijietna. |
| Dan hu li wassalna biex nibnu pajiiz modern, b’livell | ta’ ghixien relativament gholi u kwalita’ ta’ hajja tajba. Dan wassalna biex nikkonsolidaw ruhna f’socjeta’ hanina u inkluziva fejn, kemm jista’ jkun, kulhadd igawdi mill-kisbiet tan-nazzjon taghna. Jonqos hafna xi jsir, imma l-poplu Malti kollu kemm hu wera l-kapacita’ tieghu li jimxi ’l quddiem fil-paci mieghu nnifsu u mal-girien tieghu. |
| Hekk ukoll intom il-Maltin li tinsabu ’l boghod | minn xtutna: intom li intom parti integrali mill-familja Maltija kollha. Il-Malti ta xhieda hajja tal-hila u x-xoghol tieghu billi mexa ’l quddiem kull fejn stabilixxa ruhu. Fi hdan socjetajiet barranin, fost popli u kulturi ohra, ukoll fost diffikultajiet ta’ kull xorta, hafna minnkom l-emigranti ghamiltu bil-kapacita’ taghkom isem tajjeb ghalikom u ghal Malta taghna. |
Ma hemmx aqwa ambaxxaturi ta’ l-identita’ Maltija.
| Intom twasslu bis-shih ir-rieda ta’ poplu li jrid | jkompli jimxi u jaghmel kisbiet sinjifikanti f’kull qasam tal-hajja, kemm fix-xena politika u kulturali, kif ukoll fil-kamp ekonomiku u socjali. Nemmen li lkoll flimkien se nkomplu mixjin f’din it-triq ta’ gid u progress. |
| Illum, bic-cittadinanza doppja, sibna l-mod kif | nzommu rabta ma’ Malta, nghixu l-hajja u c-cittadinanza tal-pajjiz ta’ l-ghazla taghna, f’ghaqda shiha ma’ din l-art helwa, l-omm li tatna isimha. |
| F’isem il-poplu Malti kollu, inwassal lilkom hutna | Maltin u Ghawdxin u lill-familji taghkom kollha, l-isbah xewqat u awguri ghall-Milied it-tajjeb u sena gdida mimlija paci, rizq u hena. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN