Left arrow Go Back

IL-PRIM MINISTRU JIRRINGRAZZJA LILL-KAPIJIET TAS-SERVIZZ PUBBLIKU

pr1918
Date Icon 18/12/2001

Waqt li kien qed jindirizza lill-Kapijiet tad-Dipartimenti tal-Gvern, Korpi Parastatali, Kummissjonijiet u Organizzazzjonijiet, il-Prim Ministru rrefera għaż-żminijiet ta' bidla kbira li għaddejja minnhom id-dinja globalizzata, b'mod partikolari wara l-attakki terroristiċi tal-11 ta' Settembru li għadda.

Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru qal li pajjiżna wkoll bħalissa għaddej minn żmien ta' bidla kbira u saħaq li kulħadd għandu jifhem il-bżonn tal-bidla u jaċċetta l-ħtieġa tagħha. Fost il-bidliet, il-Prim Ministru semma s-sistema amministrattiva tal-Gvern, fejn qed tiżdied l-effiċjenza fl-implimentazzjoni tat-tibdil tal-liġijiet u r-regolamenti. Din l-effiċjenza qed tgħin biex tpoġġi lil pajjiżna fuq quddiem nett fil-proċess ta' tkabbir ta' l-Unjoni Ewropeja. Il-Prim Ministru qal li Malta għandha l-opportunita` u l-kapaċita` li tikkontribwixxi fid-diskussjoni dwar il-futur ta' l-Ewropa.

Il-Prim Ministru enfasizza l-bżonn li tkompli titkattar il-fiduċja fil-Maltin infushom u esprima fiduċja sħiħa fil-kapaċita` tal-poplu Malti. Huwa rringrazzja lill-uffiċjali pubbliċi għax-xogħol li wettqu matul is-sena u awgura li s-Servizz Pubbliku jkompli jaħdem biex jiġi żgurat futur aħjar għall-pajjiz.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow