Left arrow Go Back

LM 27,729 IPPREŻENTATI MILL-E.T. IL-PRESIDENT TA' MALTA U S-SINJURA DE MARCO F'ISEM IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND

pr1911M
Date Icon 17/12/2001

L-E.T. il-President ta' Malta u s-Sinjura de Marco illum, f'isem il-Malta Community Chest Fund, ippreżentaw għajnuna finanzjarja, apparat speċjaliżżat u diversi għajnuniet oħra lil diversi istituzzjonijiet u individwi fil-bżonn. Il-preżentazzjoni saret dalgħodu fil-Palazz, il-Belt.

It-total tas-somma ippreżentata dalgħodu tlaħħaq LM 27,729, l-akbar somma għal din is-sena. B'hekk din is-sena l-Malta Community Chest Fund se tkun qassmet kważi LM 211,000 lill-persuni fil-bżonn.

Dalgħodu 16-il istituzzjoni filantropika u 97 individwu ibbenefikaw minn dawn il-fondi. L-istituzzjonijiet u assoċjazzjonijiet li rċevew l-għajnuna ippreżentata dalgħodu mill-E.T. il-President u s-Sinjura de Marco huma kif ġej :

1. Kummissjoni Pastorali Persuni b' DizabilitàLM 2000

2. Dar Frate Francesco, BirkirkaraLM 734

3. Fatima Hostel, SliemaLM 200

4. Għaqda Żjarat lill-MordaLM 50

5. Grupp Solidarjetà, SiġġiewiLM 50

6. Grupp Żgħażagħ Dumnikani, VallettaLM 500

7. Kampanja Milied Ħieni, Sptar San LuqaLM 100

8. Mattew 25, ŻejtunLM 50

9. Physically Handicapped Rehabilitation Fund (Corradino)LM 200

10. Franciscan Capuchin Friary, FlorianaLM 500

11. Franciscan Sisters, MostaLM 100

12. Franciscan Sisters, PietàLM 90

13. St. Jeanne Antide, TarxienLM 124

14. Ladies of Charity SVDP, VallettaLM 200

15. Shining towards Ability not Disability (STAND), MostaLM 200

16. Mental Health AssociationLM 100

L-E.T. il-President il-Prof. Guido de Marco qal li l-Malta Community Chest Fund qed tipprova tilħaq mhux biss lill-istituzzjonijiet, iżda aktar importanti minn hekk lill-individwi. Dan għaliex ħafna drabi huwa l-individwu li jkollu bżonn l-attenzjoni partikolari magħmula skond il-htiġijiet tiegħu.


Il-Malta Community Chest Fund, fi kliem il-President, tixtieq tilħaq ħafna aktar nies milli qed tagħmel bħalissa. Hija m'għandhiex għajnuna mogħtija lilha mingħand il-Gvern iżda taħdem bis-saħħa ta' l-attivitajiet li torganiżża u ta' dak li tirċievi mingħand il-poplu. Dan jista jsir grazzi għax-xogħol kbir li jagħmlu kontinwament il-voluntiera fi ħdanha.

Din is-sena tqassmet is-somma rekord ta' madwar LM 211,000. L-E.T. il-President ittama li s-sena ddieħla il-Malta Communtiy Chest Fund tkun tista' tiġbor iktar fondi ħalli tkun tista' tilħaq lil aktar persuni fil-bżonn u tippreżentalhom aktar għajnuna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow