Left arrow Go Back

Party tal-Milied ghal dawk li jircievu s-servizz tal-Homehelp

pr1899
Date Icon 14/12/2001
Illum il-Gimgha, 14 ta' Dicembru, madwar 700 anzjani li jircievu s-servizztal-Homehelp mid-Dipartiment ta’ l-Anzjani u Servizzi fil-Komunità attendew ghall-party tal-Milied gewwa l-Belleview Restaurant fil-Mellieha.
F'diskors lill-anzjani prezenti, Dr Antoine MifsudBonnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, fisser li ghall-Gvern il-priorita' tal-politika tieghu dwar l-anzjani hija li sakemm u safejn hu possibbli il-persuna anzjana l-ahjar li tibqa tghix f'darha, fil-kumdita' fejn ilha tant tghix. Huwa b'dan l-iskop li l-istat qieghed jipprovdi s-servizzi fil-komunita' lill-anzjani u persuni bi bzonnijiet specjali - servizzi bhal Homehelp, Telecare, Handyman, Meals on wheels, Incontinence service, u anke d-Day Centres. Huwa bl-ghajnuna ta' dawn is-servizzi li diversi anzjani s'issa rnexxilhom li jibqghu jghixu f'darhom u ma gewx istituzzjonalizzati. Dawn is-servizzi qed jiswew eluf kbar ta liri.
Dwar is-servizz tal-Homehelp, Dr Mifsud Bonnici qalli dan huwa servizz importanti u ta' ghajnuna kbira ghall-anzjani. Bhal issa hemm madwar 2700 'household' f'Malta u Ghawdex li qed jaghmlu uzu minn dan is-servizz. Huwa appella lill-anzjani kollha li m'ghandux isir abbuz minn dan is-servizz. Persuna anzjana li m'ghandiex bzonn dan is-servizz m'ghandiex tippretendi li trid tiehdu bil-fors. Dan is-servizz ghandu jinghata biss lil dawk il-persuni li veru ghandhom bzonnu. Huwa qal li mis-sena d-diehla, il-Bord li huwa responsabbli mill-allokazzjoni ta' dan is-servizz, ser ikun aktar attent biex dan is-servizz jinghata zgur skond il-gustizzja socjali.
Fl-ahhar tad-diskors tieghu, Dr Mifsud Bonnicifil-waqt li rringrazzja l-istaff kollu tax-xoghol taghhom lejn l-anzjani, ta l-awguri tieghu lil kulhadd ghal Milied hieni u sena gdida mimlija risq u barka.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow