UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - IL-BORŻA TA' STUDJU HAROLD SCOREY FIX-XANDIR
Din il-Borża ta' Studju ġiet imwaqqfa bħala tifkira tal-ġurnalista Harold Scorey li għal bosta snin kçn Kap tat-Taqsima ta' l-Aħbarijçt tar-Rediffusion u tal-Malta Television. Hija miftuħa għall-ġurnalisti kollha li jaħdmu jew li jixtçqu jaħdmu fix-xandir, kif ukoll għal dawk kollha li huma involuti direttament f'dan il-qasam.
Il-Borża ta' Studju tammonta għal Lm3,000. Din trid tiġi utiliżżatha matul l-2002 għal studju jew taħriġ marbut max-xandir f'xi Universita' jew Istituzzjoni rikonoxxuta barra minn Malta li t/jagħżel ir-rebbieħ/a stess. Panel maħtur apposta jeżamina l-applikazzjonijçt kollha u d-deċiżjoni tçgħu tkun finali.
Il-formoli ta' l-applikazzjoni jinkisbu mingħand is-Sur Francis X Grima fid-Direttorat Ġenerali, Uffiċċju tal-Prim Ministru, filwaqt li għal aktar tagħrif wieħed jista' jikkuntattja lis-Sur Grima fuq Tel Nru 22996204/8, Fax Nru 21234196 jew permezz ta' l-E.mail - francis.x.grima@magnet.mt.
Il-formoli ta' l-applikazzjoni għandhom jintbagħtu f'envelopes issiġillati u ndirizzati hekk:
Borża ta' Studju Harold Scorey
Direttorat Ġenerali
Uffiċċju tal-Prim Ministru
Berġa ta' Kastilja
Il-Belt CMR 02
u għandhom jaslu fl-imsemmi Uffiċċju mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 25 ta'Jannar, 2002.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN