NIKKOMUNIKAW IS-SOCJETÀ TA’ L-INFORMAZZJONI
pr1855
06/12/2001
| Il-holqien ta’ socjetà u ekonomija ta’ l-informazzjoni hija | essenzjali ghall-futur ta’ Malta. Is-success tal-futur ta’ pajjizna huwa maghgun ma’ kemm jitkattar l-uzu ta’ l-informatika fost is-socjetà Maltija. Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt meta llum indirizza seminar organizzat mill-Kummissjoni eMalta u l-Malta Press Club. |
| Dr. Gatt fisser li s-sena 2001 kienet is-sena fejn | tlestew is-sisien biex tinbena fuqhom is-socjetà u ekonomija ta’ l-informazzjoni. Fost dawn kien hemm is-sejha pubblika internazzjonali ghal sieheb strategiku. Fil-fatt ir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-kumpaniji li ssottomettew il-proposti taghhom tlesta u matul is-sena li gejja ser jibda l-process ta’ negozjati mal-kumpaniji short-listed. Fil-qasam ta’ l-e-Government tlestiet l-infrastruttura legali billi il-ligijiet necessarji ghaddew kif ukoll saret hidma biex jitlestew payment gateway u sistema ta’ awtorizzazzjoni li tkun secure. |
| Dr. Gatt fisser li din is-sena l-Gvern ha hsieb li | jwaqqaf il-Kummissjoni eMalta li hija mahsuba biex tixpruna l-holqien ta’ socjetà u economija ta’ l-informazzjoni. |
| Is-sena 2002, kompla Dr. Gatt, ser tkun is-sena fejn | ser jibdew jinghataw is-servizzi b’mod elettroniku. Qed jigu ppreperati ghadd ta’ servizzi ta’ e-Government li mistennija jkunu on-line mis-sena d-diehla, fosthom il-hlas tal-licenzji, il-katalogizzar tal-kotba tal-libreriji, il-formoli tal-Gvern, kif ukoll sistema ta’ Customer Care. Qasam iehor li qed issir hidma fuqu huwa l-qasam tal-M-Government . Fil-fatt, il-Gvern ghaddej b’hidma biex jidentifika liema servizzi ser jibdew jinghataw permezz tat-telefon cellulari, li l-penetrazzjoni tieghu hija wahda pjuttost kbira f’pajjizna. |
| Inizjattiva ohra li rrefera ghaliha l-Ministru Gatt | hija l-holqien ta’ e-Market Place, fejn ser tinghata l-opportunita biex dawk in-negozji Maltin li jridu jbieghu l-prodotti taghom barra minn Malta jkunu jistghu jaghmlu dan permezz ta’ vetrina elettronika. Madanakollu huwa importanti li nikkonsidraw il-problemi li dan l-izvilupp jista’ johloq, fosthom il-qasma digitali. |
| Propju biex hadd ma jibqa’ lura mill-beneficcji ta’ | dan il-process, il-Gvern qed jahdem id f’id mal-Kunsilli Lokali biex jitwaqqfu Internet Centres fil-Kunsilli Lokali kollha. Din hija inizjattiva li ghandha tghin biex jitkattar l-uzu ta’ l-ICT f’kull lokalita madwar Malta u Ghawdex. |
| Dr. Gatt fisser li l-ftehim li qed isir mal-Malta | Press Club huwa ibbazat fuq l-gharfien tal-importanza li l-Media ghandha f’dan kollu. Minghajr dubju is-success ta’ kull inizjattiva li ser jiehu l-Gvern, huwa marbut ma’ kemm is-servizzi innifishom jintuzaw. Servizz jintuza kemm il-darba l-messagg jasal b’mod car u semplici. Ghalhekk ir-rwol tal-media huwa essenzjali. |
| Dan is-seminar kien indirizzat ukoll mic-Chairman | tal-Kummissjoni eMalta is-Sur John Portelli, mill-Kap tas-Servizz Pubbliku is-sur Joe R. Grima, mis-Segretarju Ezekuttiv tal-Kummissjoni eMalta, is-Sur Claudio Grech u mis-Sur Victor Camilleri mic-CIMU. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN