AVVIZ MILL-UFFICCJU ELETTORALI: TIGDID TAL-KARTA TAL-IDENTITA’
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Principali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tigdid tal-Karti ta’ l-Identita’ f’dawn il-lokalitajiet:
- Xewkija: bejn l-Erbgha 5 u l-Erbgha 12 ta’ Dicembru, 2001
Skola Primarja tal-Gvern - Triq tal-Hamrija
- Iklin: bejn il-Hamis 6 u l-Erbgha 12 ta’ Dicembru, 2001
Sala tal-Kunsill - Triq Lewis F. Mizzi
- Qrendi: bejn il-Gimgha 7 u l-Erbgha 12 ta’ Dicembru, 2001
Skola Primarja tal-Gvern - Triq il-Kurat Mizzi
Il-hinijiet li fihom isir it-tigdid ser ikunu bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibt 8 u l-Hadd 9 ta’ Dicembru ma jsirx tigdid tal-Karta ta’ l-Identita’.
Fic-centri msemmija jistghu jattendu biss ir-residenti ta’ dik il-lokalita’ partikolari. It-tigdid qed isir ghal dawk kollha li diga’ ghandhom Karta ta’ l-Identita’. Dawk li ser japplikaw ghall-ewwel darba ma jkunux jistghu jaghmlu dan fic-centru tal-lokalita’ taghhom izda jkunu jridu japplikaw fl-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt, Valletta jew ir-Rabat, Ghawdex.
Ghandha tigi pprezentata l-Karta ta’ l-Identita’ prezenti kif ukoll il-formola tat-tigdid bl-informazzjoni mitluba, li qeghda tigi mibghuta lil kull min ghandu jgedded l-Karta ta’ l-Identita’. Aktar dettalji dwar it-tigdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li qeghdin jintbaghtu bil-posta mal-formola tat-tigdid.
Il-Karta ta’ l-Identita’ l-gdida tkun tista tigi rtirata aktar ‘l quddiem u ser jinhareg avviz dwar dan.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN