IKOMPLU L-INIZJATTIVI BIEX IL-PUBBLIKU JINQEDA AHJAR
pr1826
03/12/2001
| Erba’ Ufficcji Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Socjali li | sar fihom xoghol kbir ta’ manutenzjoni, saritilhom zjara mill-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, Lawrence Gonzi. Dan ix-xoghol li sewa ’l fuq minn Lm60,000, kompla fuq pjan ta’ refurbishment li nbeda s-sena l-ohra, fi sforz sabiex l-Ufficcji Distrettwali kollha tad-Dipartiment tas-Sigurtà Socjali jsiru accessibbli u b’ambjent aktar xieraq ghall-qadi tal-pubbliku. |
| Waqt iz-zjara tieghu, il-Vici Prim Ministru qal li | dan huwa biss progett wiehed li l-Ministeru qed jiehu sabiex itejjeb il-mod ta’ kif jinghata s-servizz lill-pubbliku. Fost l-inizjattivi li gew jew li qed jigu mwettqa, il-Ministru Gonzi semma l-programm ta’ tahrig kontinwu ghall-impjegati tad-Dipartiment tas-Sigurtà Socjali f’dan li ghandu x’jaqsam ma’ Customer Care u li qed jitwettaq flimkien mal-Westin Dragonara Resort. Dan it-tahrig ser ikompli jigi msahhah minn Jannar li gej permezz ta’ programm ta’ tahrig ghall-impjegati kollha li ser jiffoka fuq taghlim dettaljat tas-servizzi li jigu offruti mill-Ufficcji Distrettwali, flimkien ma’ taghlim fl-uzu ta’ l-internet, flimkien mal-Kunsilli Lokali, li ser jghin sabiex aktar servizzi minn Dipartimenti u entitajiet different fi hdan il-Ministeru ghall-Politika Socjali jkunu jistghu jibdew jinghataw permezz ta’ l-internet. |
| Il-Ministru Gonzi habbar wkoll li qed tissahhah | l-amministrazzjoni ta’ l-Ufficcji Distrettwali bil-holqien ta’ Manager ghal kull Ufficcju. Barra minn dan, matul is-sena d-diehla l-Ministeru ghall-Politika Socjali ser ikun qed jinvesti hafna energija fil-holqien ta’ sistemi komputerizzati li jaghmluha facli ghac-cittadini li jiksbu l-informazzjoni u s-servizzi li jehtiegu permezz tat-telefon u minghajr hlas fuq bazi ta’ erbgha u ghoxrin siegha, sebat ijiem fil-gimgha. Dan kollu tenna l-Ministru Gonzi huwa sforz sabiex il-Gvern jersaq aktar qrib tal-pubbliku, filwaqt li l-pubbliku jhossu trattat ahjar u b’aktar efficjenza mid-Dipartimenti u entitajiet li jaqaw fi hdan il-Ministeru ghall-Politika Socjali. |
| Fl-ahharnett, il-Ministru Gonzi rringrazzja | lill-impjegati kollha li b’xi mod jew iehor jigu f’kuntatt mal-pubbliku ta’ l-impenn u d-dedikazzjoni taghhom, li ghalkemm xi kultant tkun kritikata, hafna drabi ma tkunx apprezzata bizzejjed, l-aktar meta wiehed jirrejalizza l-ammont ta’ nies li ta’ kuljum izuru dawn l-ufficcji. Huwa rringrazzja wkoll lill-haddiema li hadmu fuq ix-xoghol ta’ refurbishment ta’ dawn l-Ufficcji Distrettwali u li permezz taghhom sar xoghol tajjeb u fil-hin. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN