STQARRIJA MILL-ONOR. EDWIN VASSALLO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI
Bil-miżuri li qed jintroduċi l-Budget, l-attenzjoni qed tingħata għas-simplifikazzjoni ta' proċeduri li fost l-oħrajn ser iħarsu kif inaqqsu l-burokrazija li għandha x'taqsam mal-VAT. Bl-ebda mod, permezz ta' dawn il-miżuri ta' simplifikazzjoni ta' proċeduri tal-VAT u taxxa, m'hu ser jintilef l-audit trail li huwa vantaġġ importanti fl-amministrazzjoni tal-VAT. Bl-ebda mod m'hu ser tkun introdotta s-sistema ta' l-ex-uffiċċju permezz tal-miżuri mħabbra fil-budget.
Il-miżura tal-ftehim li t-taxpayer jista' jagħżel li jagħmel dwar kemm jista' jiflaħ jew għandu jħallas VAT jew taxxa għall-perjodu ta' tlett snin m'huwiex ex-uffiċċju u bl-ebda mod il-Gvern permezz ta' din il-miżura, m'hu ser ikun qed joħroġ ex-uffiċċju. Il-qbil rigward kemm għandu jitħallas huwa ftehim bejn iż-żewġ partijiet.
Hekk ukoll dawn il-miżuri ma jikkontradixxu l-ebda argument dwar il-ħtieġa li tinżamm l-audit trail permezz tal-VAT, għaliex kull miżura kif imħabbra mill-Ministeru tal-Finanzi, m'għandiex tfisser li l-cash register jew il-kotba tan-negozju għandhom jiefqu jinżammu, iżda ghal kuntrarju, xorta ser jibqa' l-obbligu li kull taxpayer ikollu jkompli jagħmel id-dikjarazzjoni tat-taxxa skond kemm ikun ibiegħ. Hekk ukoll ser jiġri mill-kotba tan-negozju għall-fini tal-VAT li jridu jibqgħu jinżammu.
Il-Gvern mhux ser iwaqqaf lanqas il-mili ta' formoli li jridu jintbagħtu proprju biex l-audit trail ma jintilifx.
Għal din ir-raġuni, dan il-bugdet huwa preċedent pożittiv ferm għal kull min qiegħed fin-negozju u huwa żgħir. Dan għaliex dan il-messaġġ dwar miżuri li għandhom jittieħdu, proprju ġew iffokati għal min huwa żgħir fin-negozju. Dan huwa biss il-bidu. Il-quddiem miżuri simili ser ikomplu jittiehdu fuq oqsma oħra. Dan il-Budget ser jagħti flus fl-idejn għal kull min jista' japplika għall-finijiet ta' dawn il-miżuri. Dawn kienu miżuri li għandhom jintlaqgħu tajjeb minn kull min qiegħed fin-negozju.
Dan il-budget għandu jgħin biex f'dan il-pajjiż ikollna ekonomija sostenibbli li tgħin biex kull negozju jkun kapaci jsostni lilu nnifsu. Il-Gvern jimpurtah jara li kull negozju - żgħir kemm hu żgħir - ikun kapaci ifendi ghal rasu.
Dawn il-mizuri jew proceduri ta' simplifikazzjoni li thabbru fil-budget mhumiex xi tattika biex jerġa' jidħol l-ex-uffiċċju
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN