STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI, L-ONOR. EDWIN VASSALLO: TNAQQIS TA' BUROKRAZIJA MILL-PROĊEDURI TAL-VAT GĦANDHOM JIFFRANKAW IL-FLUS LIS-SELF-EMPLOYED U NEGOZJI ŻGĦAR
L-impenn imħabbar fil-budget biex ikunu simplifikati l-proċduri tal-VAT, bil-ħsieb li tonqos il-burokrazija, ser iwassal biex bosta self-employed u negozji żgħar jiffrankaw spejjeż li dawn il-proċeduri setgħu kienu qegħdin jikkawżaw.
L-impenn tas-simplifikazzjoni ta' proċeduri li għandu jagħmel il-ħajja izjed faċli għal min qiegħed fin-negozju huwa mpenn ta' tisħiħ tal-kummerċ f'pajjiżna. L-iżvilupp ekonomku f'pajjiżna għandu jieħu żvolta ġdida, ġrazzi għal dan l-impenn li l-Gvern qiegħed jieħu biex jara li l-kummerċ jiżdied f'pajjiżna. Dan kemm bl-investiment minn barra, iżda ukoll bil-għajnuna li l-Gvern qiegħed joffri permezz ta' dan il-budget bi tnaqqis tal-burokrazija li tiswa l-flus għal min qiegħed fin-negozju.
Il-wegħda li se jittieħdu miżuri biex jitħaffu l-appelli li għad hemm taħt l-ewwel liġi tal-VAT, dik ta' l-1995, l-aktar fejn għandhom x'jaqsmu l-provvedimenti li nbiddlu taħt it-tieni liġi tal-Vat fl-I998, kif ukoll dawk il-wegħdiet li f'dan il-budget il-Ministru għall-Finanzi qed iħabbar għal negozji żgħar u self-employed li qegħdin fis-settur li jipprovdu servizz u li għandhom turnover jew dħul gross ta' anqas minn Lm50,000 u li jitrattaw miżuri meħuda biex titħaffef il-proċedura ta' dikjarazzjoni ta' taxxa, huma kollha inizjattivi meħuda biex bosta negozji żgħar u self-employed jibdew iħaffu l-proċeduri amministrattivi li kellhom.
Meta jibdew jitħabbru l-iskemi fiż-żmien li ġej, aktar self-employed ser jaraw fil-fatt kemm ser ikunu qed jiffrankaw mill-burokrazija, filwaqt li s-sistema tal-VAT ma titneħħiex u lanqas tonqsilha l-importanza tagħha.
Għalhekk jiswa li kull negozjant u self-employed jara li fin-negozju ikun organizzat biex ikun jista' jgawdi minn dawn l-inċentivi. Impenn bħal dan min-naħa tal-Gvern ġie milqugħ tajjeb minn ħafna negozji żgħar li diġà fehmu li dan il-budget ġie magħmul proprju biex jara li f'pajjiżna s-suq ikun mgħejjun joħloq aktar kummerċ u aktar negozju jkollhom ir-riżorsi biex jikkonċentraw fuq ix-xogħol tagħħom. Meta jkun qed jirnexxielna nsaħħu dawn in-negozji żgħar, inkunu qed insaħħu wkoll l-ekonomija ta' pajjiżna u nagħmluha kompetittiva ma' ekonomiji oħrajn barranin.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN