CAREERS' CONVENTION 2001
Waqt il-ftuh ufficjali ta' l-edizzjoni ta' din is-sena tal-Konvenzjoni tal-Karrieri li saret fil-Kampus ta' l-Università ta' Malta, il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici Josef Bonnici qal li din it-tip ta' attività li qed tkun organizzata mill-KSU qed tghin sabiex ikun hemm kuntatt reali bejn id-dinja tax-xoghol u l-hajja ta' l-istudenti. Il-Ministru Bonnici rrimarka li sfortunatament l-istudenti generalment jaghzlu l-kors taghhom minghajr ma jkunu jafu ezattament x'tip ta' opportunitajiet hemm ghalihom fid-dinja tax-xoghol. L-istudenti zied jghid Bonnici, hafna drabi jidhlu ghall-hajja tax-xoghol minghajr ma qatt ma jkollhom esperjenza.
Il-Konvenzjoni tal-Karrieri hija opportunità f'waqtha fejn diversi kumpaniji, u oqsma varji ohra jkunu esposti ghall-interess ta' l-istudenti, sabiex jitkattar aktar l-impjieg ta' studenti gradwati. Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici waqt il-ftuh ta' din l-edizzjoni qal li din is-sena l-Konvenzjoni tal-Karrieri fethet il-bibien taghha ghal diversi promoturi minn kull aspett. Bonnici wera s-sodisfazzjon tieghu li l-Kunsill Studenti Universitarji fil-gimghat li ghaddew kellu diskussjonijiet ma' certi setturi li l-etika professjonistika taghhom ma kienitx tippermettilhom li jkunu prezenti ghal din il-konvenzjoni, fosthom l-arkitettura u l-professjoni legali u dawn minn naha taghhom spjegaw l-opportunitajiet li joffru.
Josef Bonnici dalghodu fuq il-kampus ta' l-Università, semma li fost il-promoturi prezenti din is-sena hemm ghall-ewwel darba l-Business Incubation Centre. Dan, tenna l-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, huwa ghodda ddisinjata ghal zvilupp ekonomiku sabiex ikun accelerat it-tkabbir u s-sucess ta' inizjattivi godda permezz ta' mobilizzazzjoni ta' diveri servizzi u kummerc iehor.
Fi tmiem id-diskors, il-Ministru Bonnici wera apprezzament u esprima l-appogg tieghu ghall-inizjattiva li l-KSU hadet meta din inghaqdet mal-Commercial Services Bureau bil-ghan li titwaqqaf agenzija ta' l-impjiegi bl-isem ta' Career-Link. Din l-inizjattiva ta' amalgamazzjoni zgur li ghandha tkun effettiva sabiex tghin aktar studenti jsibu xoghol relatat ma' l-istudji taghhom mat-tmiem tal-korsijiet rispettivi
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN