Left arrow Go Back

WIRJA DWAR PRODOTTI U SNAJJA AGRIKOLI F'ĦAŻ-ŻEBBUĠ

pr1774
Date Icon 23/11/2001

Il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd qed jorganizza wirja ta' prodotti agrikoli u ta' snajja konnessi mal-biedja, kif ukoll ta' xi għodod antiki li kienu jintużaw f'dan il-mistier.

Din l-attività se ssir fl-Iskola Sekondarja tas-Subien Dun Karm Psaila fi Triq Sciortino, Ħaż-Żebbuġ bejn nhar il-Ħadd u t-Tlieta li ġejjin.

Il-wirja se tinfetaħ nhar il-Ħadd, 25 ta' Novembru, fid-9.30 a.m., mill-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd Ninu Zammit.

Wara l-ftuħ tal-wirja, se ssir laqgħa ta' djalogu bejn il-Ministru Zammit u l-bdiewa dwar l-Biedja u l-Ewropa.

Nhar il-Ħadd, il-wirja tibqa' miftuħa sat-8.00 p.m., filwaqt li nhar it-Tnejn u t-Tlieta se tkun miftuħa bejn id-9.00 a.m. u t-8.00 p.m.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow