Left arrow Go Back

"Mizuri fis-Servizz Pubbliku Malti Favur l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u Favur il-Familja" - "Gender Equality and Family Friendly Measures in the Public Service"

pr1742
Date Icon 20/11/2001
Din hija pubblikazzjoni ohra, tal-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara,bil-Malti u bl-Ingliz, li tigbor il-mizuri kollha li ttiehdu fis-Servizz Pubbliku biex l-impjegati jgawdu l-istess opportunitajiet minghajr ebda xkiel ta’ diskriminazzjoni, u biex l-impjegati jkunu jistghu jibbilancjaw id-doveri taghhom tax-xoghol u tal-familja.
Is-Servizz Pubbliku hawa l-akbar qasam ta’ l-impjiegf’Malta u huwa minn ta’ quddiem fit-twettiq tal-politika tal-Gvern favur l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel.
Barra kopji ta’ kull cirkulari li nharget mill-Ufficcjutal-Prim Ministru dwar l-ugwaljanza, il-ktieb tal-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara jaghti tifsira fil-qosor ta’ kull mizura li jgawdu minnha l-impjegati tal-Gvern.

Il-mizuri ewlenin jinkludu:

  • id-dritt ghall-impjieg minghajr diskriminazzjoni;
  • opportunitajiet indaqs fl-interviews, il-promozzjonijiet u t-tahrig;
  • il-maternity leave, parental leave (sena), career break (ta’ 3 snin), adoption u fostering leave, responsibility leave;
  • id-dritt li impjegati jahdmu sieghat inqas ta’ xoghol (reduced hours) minhabba l-htigijiet tal-familja.
Is-Servizz Pubbliku qed jaddotta wkoll il-kuncett tal-gendermainstreaming, biex fil-hidma kollha li ssir mid-Dipartiment tal-Gvern, tinghata dejjem attenzjoni lill-perspettiva ta’ l-ugwaljanza bejn n-nisa u l-irgiel.
Ghal dan l-iskop beda jitnieda programm ta’ tahrigfil-Gender Mainstreaming fost ufficjali gholja tal-Gvern. Dr. Gwendoline Williams, konsulent tal-Commonwealth li bhalissa tinsab Malta sabiex twettaq it-tieni fazi ta’ dan il-process ta’ tahrig u gharfien li nbeda bejn April u Mejju ta’ din is-sena.
Sena ilu, il-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara kienetharget ukoll fuljett dwar il-mizuri favur l-ugwaljanza li jgawdu l-haddiema mal-Gvern. Dan il-fuljett kien tqassam lill-impjegati kollha fis-Servizz Pubbliku.
Dan il-Manual thejja mill-Kummissjonighall-Avvanz tal-Mara biex jghin, b’mod prattiku, lill-Ministeri u d-Dipartimenti tal-Gvern, iwettqu l-politika tal-gender mainstreaming fil-hidma taghhom.
Il-gender mainstreaming ifisser li l-kuncettta’ l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel ghandu jifforma parti minn kull hidma li tigi pjanata, minn kull ligi li titfassal, u minn kull servizz li jigi offrut minn xi Dipartiment tal-Gvern.
Sa mill-1987, il-Gvern Malti dejjem immira li jilhaqdan l-iskop, allavolja kien hemm Ministeru bir-responsabbilta’ specifika li jizgura l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel. Il-Gvern jemmen li r-responsabbilta’ ghat-twettiq tal-principju ta’ l-ugwaljanza ghandha tinfirex fuq kulhadd, u fis-setturi kollha tal-hajja.
F’Marzu 1999, il-Kabinett Malti rega’ afferma lifil-hidma tieghu ried jibqa’ jadotta l-gender mainstreaming u l-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara hejjiet serje ta’ rakkomandazzjonijiet kif il-gender mainstreaming seta’ jsir b’success.
Il-Manual dwar il-Gender Mainstreamingthejja apposta biex jipprovdi taghrif dwar il-gender mainstreaming, sew fil-qasam lokali u kemm f’dak internazzjonali. Il-Manual jispjega wkoll x’jista jfixkel is-success tal-gender mainstreaming, u jishaq fuq il-htiega ta’ gbir ta’ statistika maqsuma dwar nisa u rgiel, il-htiega ta’ tahrig dwar l-ugwaljanza, u l-metodi ta’ kif jigu progetti jigu moniterjati u evalwati mill-perspettiva ta’ l-ugwaljanza.
Il-Manual Gender Mainstreaming in the PublicService inkiteb minn Angela Callus (ghalliema) u t-tabiba Miriam Camilleri, membru tal-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow