Il-KODIĊI GĦAT-TRAFFIKU FIT-TRIQ FUQ L-INTERNET
L-edizzjoni l-ġdida tal-Kodiċi għat-Traffiku fit-Triq li ġiet ippubblikata f'Ottubru li għadda, issa tinsab fuq l-Internet permezz tal-website tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni www.doi.gov.mt Min jidħol f'din is-site, jista' jara ż-żewġ verżjonijiet sħaħ ta' din il-pubblikazzjoni, waħda bil-Malti u l-oħra bl-Ingliz (The Highway Code).
Il-Kodiċi għat-Traffiku fit-Triq hu mimli b'diversi illustrazzjonijiet, fosthom is-Sinjali tat-Traffiku skond il-Konvenzjoni ta' Vjenna 1968, Marki tal-Karreġġata, Sinjali fuq-Vetturi, Sinjali tat-Traffiku tad-Dawl u bl-Idejn, Sinjali tal-Pulizija u grafika ohra dwar diversi aspetti tat-traffiku. Barra minnhekk, wieħed isib gwida dwar l-użu tajjeb tat-triq, kemm mis-sewwieqa kif ukoll mill-pedestrians, flimkien ma' rakkomandazzjonijiet għal sigurtà fis-sewqan.
Il-Kodiċi għat-Traffiku fit-Triq jinsab ukoll f'forma ta' ktejjeb u jista' jinxtara mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni, Valletta, jew mid-Dipartiment tal-Liċenzi u Testijiet, Floriana.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN