TQASSIM TA’ CERTIFIKATI LIL HADDIEMA FIL-QASAM TA’ L-ANZJANI
"L-impenn kontiwu tal-Gvern prezenti fil-qasam tal-kura ta’ l-anzjani ma hux biss fl-investiment kbir ta’ infrastruttura u ta’ ambjent tajjeb imma wkoll investiment fil-haddiema". Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali Dr Antoine Mifsud Bonnici, meta kien qed iqassam certifikati ta’ hatra lil 30 haddiema li jahdmu fid-Dipartiment ta’ l-Anzjani u Servizzi fil-Komunità.
Dr Mifsud Bonnici semma li mhux bizzejjed li noffru l-ahjar servizzi lill-anzjani li ghadhom jghixu fil-komunità imma jehtieg li naghtu l-ahjar servizz possibbli lil dawk l-anzjani li jenhtiegilhom jidhlu f’xi istituzzjoni residenzjali bhalma hu San Vincenz de Paul.
Gewwa San Vincenz de Paul, fejn hawn jghixu madwar 1000 resident, wiehed jista’ jara l-ambjent mill-isbah ta’ swali godda mghammra b’kollox ghall-kumdita’ tar-residenti kollha. Dawn ir-residenti jenhtiegilhom ghajnuna 24 siegha kuljum, ghalhekk l-aqwa investiment irid isir fit-tahrig ta’ haddiema sabiex tinghatalhom l-aqwa kura.
Dr Mifsud Bonnici qassam certifikati ta’ hatra lil 30 haddiema – fosthom kien hemm Registrar Dentistry (Geriatrics); Kok, Assistant Care Workers; Staff Nurses; Assistant Principal Occupational Therapists; Registered Social Workers u Nursing Aides.
Dr Mifsud Bonnici heggeg lil dawn il-haddiema sabiex ix-xoghol taghhom iqisuh ukoll bhala vokazzjoni, peress li waqt ix-xoghol taghhom hemm min hu fil-bzonn tal-ghajnuna taghhom.
Filwaqt li ferhilhom u awguralhom ghal futur taghhom, huwa heggighom biex joffru l-ahjar servizz waqt il-qaghdi ta’ dmirijithom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN