BIDU TA' XOGHOL FUQ TOROQ U SERVIZZI OHRA F'ZONI INDUSTRIJALI TA' L-IMRIEHEL
Minn studju li qed isir mill-IPSE u l-Awtorità ta' l-Ippjanar gie identifikat li 54 % tan-negozji zghar u self-employed qeghdin jahdmu f'zoni residenzjali filwaqt li 46% qed jahdmu minn self-contained buildings li jinstabu kemm f'zoni industrijali kif ukoll zoni residenzjali.
Huwa fatt li ghal bosta li jahdmu f'zona residenzjali, dak huwa l-ahjar lokazzjoni ghan-negozji taghhom. Kemm-il darba jkunu mnehhija minn zoni residenzjali dan ikun ifisser telf ta' impjiegi.
Hemm ohrajn li ghandhom bzonn ikabbru n-negozju taghhom u qeghdin isibuha difficli li jsibu jixtru jew jikru spazju f'zoni industrijali la darba ghal raguni jew ohra din l-art mhix daqshekk disponibbli fis-suq.
Fi studju iehor ta' l-Awtorità ta' l-Ippjanar intitolat "Employment Topic Paper" qed ikun previst li fl-20 sena li gejja l-impjiegi fil-manifattura minhabba d-diversifikazzjoni u zvilupp fl-automation jistghu jonqsu ma’ l-10% ta’ l-impjiegi f'dan is-settur.
Dak li qeghdin naraw isir illum bil-bidu ta' hidma ta’ ghoti ta' tarmac u servizzi ohra infrastrutturali fiz-zona industrijali ta' l-Imriehel huwa parti mill-impenn tal-Gvern biex jara li f'pajjizna jkollna:
- zoni industrijali godda fejn negozji zghar jistghu jahdmu
- titjib ta' infrastruttura f'zoni industrijali li digà huma ezistenti, bhal ma huma l-Imriehel, tal-Handaq u Haz-Zebbug u zoni industrijali ohra li ghandna mxerda ma' pajjizna
Dan kollu qieghed isir bl-impenn biex nizguraw ruhna li f'pajjizna kull min irid ikollu opportunità tax-xoghol fil-kummerc, specjalment fil-manifattura, dan isib zoni industrijali fejn jista’ jahdem u hekk ma jkollna qatt telf ta' impjiegi ghall-ebda raguni. Ma nistghux nippermettu li jkollna sitwazzjoni fejn min irid ikabbar l-ispazju industrijali tieghu jsibha difficli li jaghmel dan u lanqas ma nistghu nibqghu nippermettu lil min qed jinvesti bi flusu f'zoni industrijali privati jibqa' nieqes mill-izjed servizzi essenzjali ghal process ta’ l-impriza li huwa jkun jinvesta fiha.
Il-hidma li qed isir f'dawn iz-zoni industrijali li m'humiex taht r-responsabbilità tal-MDC huwa parti mill-investiment li l-Gvern qed jaghmel fin-negozji zghar taghna.
Din il-hidma qieghda ssir wara li kien ippublikat rapport mill-Small Business Unit bil-koordinazzjoni ta' l-EneMalta, l-Awtorità ta' l-Ippjanar, Water Services Corporation, d-Dipartiment tat-Toroq u d-Dipartiment tad-Dranagg biex ikunu identifikati l-htigjiet infrastrutturali ta' dawn iz-zoni.
Il-Ministeru tal-Finanzi fil-Budget li ghadda alloka l-finanzi ghal dan il-progett fuq il-vot tas-Segretarjat tas-self-employed fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici. B'kordinazzjoni mal-Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni, dan il-progett beda u hekk huwa wkoll mistenni li fil-bidu tas-sena li gejja jibda' x-xoghol fuq iz-zona industrijali ta' l-Imriehel u l-quddiem jibda' x-xoghol ukoll fuq iz-zona industrijali ta' Haz-Zebbug.u zoni industrijali ohra.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN