Left arrow Go Back

TRASFERIMENT TA' AKTAR XOGĦOL LEJN GĦAWDEX

pr1710
Date Icon 15/11/2001

B'konformita' mal-wegħda elettorali il-Gvern kompla għaddej bir-reviżjoni estensiva ta' servizzi u xogħol amministrattiv bil-ħsieb li dak ix-xogħol li jista' jsir f'Għawdex jibda jsir hemm biex b'hekk jinħolqu aktar opportunitajiet ta' xogħol għall-Għawdxin f'Għawdex stess.

Wara illi f'Lulju 2000 il-Kabinett approva l-proposta mressqa mill-Ministeru għal Għawdex sabiex xogħol klerikali u ta' back-office relatat mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni jiġi ttrasferit minn Malta għal Għawdex, matul din l-aħħar sena saret ħidma intensiva f'dan ir-rigward.

Fil-fatt, il-Management Efficiency Unit ġiet ikkummissjonata sabiex tevalwa l-vijabbilita' tat-trasferiment minn Malta għal Għawdex ta' xogħol marbut mas-Sezzjoni tas-Salarji fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. L-istudju mħejji ndividwalizza l-proċeduri adottati minn din is-sezzjoni. Dan wassal sabiex jiġu identifikati dawk il-proċeduri li jridu jiġu mibdula kif ukoll sabiex jitħejjew l-arranġamenti neċessarji qabel ma jsir it-trasferiment. Twettqet ukoll ħidma sħiħa ta' preparazzjoni sabiex tiġi mwaqqfa l-infrastruttura meħtieġa illi wassal sabiex it-trasferiment ta' dan ix-xogħol sar matul il-ġimgħat li għaddew.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow