DISKORS TA’ L-ONOR JESMOND MUGLIETT, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA’ L-EDUKAZZJONI FL-OKKAZJONI TA’ L-INAWGURAZZJONI TAL-FIERA TAL-KTIEB
L-ghan ewlieni tal-Fiera tal-Ktieb huwa li jinholoq aktar apprezzament ghall-ktieb. Minkejja li l-ktieb ilu maghna b’mod mifrux sa mill-invenzjoni tal-printing, ghad hawn min ma jaqrax jew ma japprezzax il-qari.
Illum il-gurnata ghandna realtà gdida – il-kompetizzjoni ghall-qari mit-televizjoni u l-kompjuters, partikolarment fost it-tfal. Minkejja li wiehed ikun proficjenti fil-kompjuters huwa ghan li ghandna nsegwuh, it-theddida li l-qari jonqos jehtieg li tkun ikkumbattuta. Nafu li kemm wiehed ikun imkisser fil-lingwa miktuba u l-lingwa mitkellma jiddependi minn kemm wiehed jaqra. Ghalina l-Maltin li nehtiegu nkunu nafu b’aktar minn lingwa wahda, li niktbu u nitkellmu tajjeb b’diversi lingwi huwa mezz ta’ ghixien.
Minbarra li tippromwovi l-imhabba ghall-ktieb u l-qari, il-Fiera tal-Ktieb ghandha ghan iehor – li tkun vetrina ghall-ktieb Malti, li xxerred il-kultura ghall-qari bil-Malti. Il-pubblicità lill-ktieb Malti huwa gharfien dirett ta’ l-isforzi u d-dedikazzjoni tal-hafna awturi Maltin.
Din is-sena ghandna struttura gdida li qeghda tiehu hsieb l-organizzazzjoni tal-Fiera – il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Kunsill imwaqqaf f’Awissu ta’ din is-sena, li ser jghaqqad il-funzjonijiet ta’ zewg kumitati li kienu jezistu, il-Kumitat dwar il-Fiera tal-Ktieb u l-Kumitat dwar il-Premju Letterarju. Dan il-Kunsill ghandu termini ta’ referenza aktar wiesgha minn dawk ta’ dawn iz-zewg kumitati.
Fost il-progetti godda li l-Kunsill mistenni jimbarka fuqhom insibu attivitajiet ma’ Kunsilli Lokali, skejjel u entitajiet ohra sabiex tinghata dimensjoni aktar wiesgha lill-qasam tal-ktieb. Jien nappella li din is-sinergija nohduha lil hinn minn xtutna. Barra minn hekk il-Kunsill qieghed jimpenja ruhu sabiex il-kotba u l-qari jinfirxu fil-livelli kollha tas-socjetà Maltija.
Ghan iehor tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa li jhares l-interessi ta’ l-awturi Maltin permezz ta’ tifrix ta’ informazzjoni dwarhom bil-mezzi kollha possibbli kif ukoll jinkoragixxi awturi godda biex jipprezentaw ix-xoghlijiet taghhom. Ghalhekk, direttament u indirattement, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa wkoll promotur u difensur tal-letteratura Maltija.
Ghalhekk din is-sena, il-Fiera tal-Ktieb ghandha sinifikat ewlieni – li tippromwovi l-attivitajiet tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Kunsill li nafu li ghandu pjanijiet ambizzjuzi. Waqqafna dan il-Kunsill ghax nemmnu li ghandna hiliet ta’ letteratura u lingwa xi nharsu. Hiliet ta’ letteratura u lingwa li jehtieg nittrazmettuwhom lill-generazzjonijiet li telghin. Nappella lill kulhadd, genituri, ghalliema, media, industrija u persuni responsabbli mill-amministrazzjoni u tfassil tal-politika sabiex jaghtu appogg lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN