Left arrow Go Back

IMWAQQFA L-EWWEL ASSOĊJAZZJONI TAL-BANED GĦAL GĦAWDEX

pr1678
Date Icon 12/11/2001

Ġiet imwaqqfa uffiċjalment l-ewwel Assoċjazzjoni tal-Baned għal Għawdex waqt l-ewwel Laqgħa Ġenerali li saret nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Novembru 2001, fis-Sala tal-Ministeru għal Għawdex. Għall-attività attendiet l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex flimkien mar-rappreżentanti tas-Soċjetajiet Mużikali Għawdxin.

Fid-diskors ta’ l-okkażjoni, il-Ministru Debono uriet is-sodisfazzjon tagħha "li l-avveniment daqstant importanti fl-istorja tal-Baned f’Għawdex kellu l-bidu tiegħu propju waqt exchange visit bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Akademie Klausenhof fil-Ġermanja, fejn kienu l-istess 10 Baned Għawdxin li kienu qed jieħdu sehem fil-programm li ħassew il-ħtieġa li jingħaqdu bejniethom biex jiffurmaw Assoċjazzjoni li permezz tagħha jibbenefikaw l-istess Baned Għawdxin".

Kienu l-istess parteċipanti fl-iskambju li sar aktar kmieni din is-sena li talbu l-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex li wassal biex illum, wara diversi laqgħat bejn rappreżentanti tas-Soċjetajiet Mużikali u l-Ministeru għal Għawdex fejn ġie mfassal Statut għall-istess Assoċjazzjoni, ġiet imwaqqfa uffiċjalment l-ewwel Assoċjazzjoni tal-Baned għal Għawdex.

L-Assoċjazzoni tal-Baned għal Għawdex għandha bħala għanijiet ewlenija li minbarra li tressaq iktar lejn xulxin u ssaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn is-Soċjetajiet Mużikali Għawdxin, teżegwixxi r-rwol ta’ regulatur fl-operat ta’ l-istess Soċjetajiet.

Din l-Assoċjazzjoni hija ffurmata minn żewġ rappreżentanti ta’ kull Soċjetà Mużikali Għawdxija illi permezz ta’ elezzjoni jeleġu r-rwoli ta’ President, Viċi-President, Segretarju, Assistent Segretarju, Teżorier u Uffiċċjal Relazzjonijiet Pubbliċi. Il-Presidenza ta’ l-Assoċjazzjoni hija b’sistema ta’ rotazzjoni għal perijodu ta’ sitt xhur.

Il-Ministru Debono awgurat il-ħidma t-tajba lill-membri kollha ta’ l-Assoċjazzjoni biex jaqdu funzjonijiet b’riżq l-edukazzjoni u t-tisħiħ ta’ aspett importanti mill-kultura ta’ pajjiżna

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow