Left arrow Go Back

GHOTJA TAL-MHCIMA LILL-ITS – IL-MINISTRU GHAT-TURIZMU JIKKUMMENTA DWAR IL-QAGHDA WARA L-11 TA’ SETTEMBRU

pr1670
Date Icon 09/11/2001
Il-MHCIMA permezz tal-President tal-Assocjazzjoni is-Sur Julian Zarb,ipprezenta ghotja ta’ kotba dwar l-istudji fit-turizmu lill-Ministru ghat-Turizmu ghall-uzu ta’ l-Istitut ghall-Istudji Turistici (ITS).
Il-Ministru Michael Refalo f’diskors qasir lighamel, radd hajr lil MHCIMA ghal din l-ghotja u stqarr li l-kotba kienu ser izidu ma’ l-inventarju ta’ pubblikazzjonijiet specjalizzati accessibbli ghall-istudju u ricerka ta’ l-istudenti ta’ l-ITS.
Il-Ministru Refalo ha l-okkazjoni wkoll biexjikkummenta dwar il-qaghda fl-industrija tat-turizmu bhalissa. Huwa habbar li l-ewwel indikazzjonijiet ghax-xhur ta’ Settembru u Ottubru jixhdu nuqqas fil-volum ta’ madwar 5 – 6%, ghal Settembru u 9 – 11% ghal Ottubru.
Ghalkemm wara l-11 ta’ Settembru gew kancellatighadd kbir ta’ konferenzi u numru mdaqqas ta’ xoghol minn tour-operators, is-suq Ingliz kif ukoll dak Franciz, baqghu mexjin tajjeb waqt li swieq ohra qed jirregistraw telf.
Minn stharrig li qed isir fost il-lukandi u postijietohra ta’ akkomodazzjoni jirrizulta li minn nofs Ottubru s’issa l-qaghda fil-livell ta’ bookings zdiedet bi ftit, izda l-livell ghadu 'l boghod minn dak tas-sena 2000. L-ewwel xahrejn tal-2002 ghadhom fjakki.
Il-Ministru Refalo semma wkoll li xi operaturi kbarInglizi qed jibghatu rapprezentanti jzuru lukandi bil-ghan li jergghu jinnegozjaw il-kuntratti u jiksbu rohs ta’ 10% ghax-xitwa u 20% ghas-sajf.
"Jien ma nindahalx x’jaghmlu s-sidiental-lukandi. Kulhadd jaghmel dak li kummercjalment jaqbillu. Izda fic-cirkostanzi meta l-Gvern u l-MTA, minn jeddhom bidlu l-iskema biex ighinu l-operaturi Inglizi, u ser jizdied il-budget publicitarju, ma jidhirlix li huwa xieraq li jkomplu jghafsu lill-lukandiera Maltin, minghajr rabta ta’ xoghol minn naha taghhom".
"Jidhirli wkoll li talbiet ghall-rohsghall-istagun tas-sajf huma prematuri", temm ighid il-Ministru Michael Refalo.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow