Left arrow Go Back

Xnighat foloz dwar l-Ghotjiet ta' Manteniment

pr1663
Date Icon 08/11/2001
Mhux veru li hemm xi hsieb li l-parti ta' l-Ghotja ta' Manteniment (stipendji)li jithallsu fi flus kull xahar lill-istudenti ta' l-Universita' u l-Iskejjel Post Sekondarji ma jibqghux jithallsu fi flus izda jkunu ddepozitati fl-iStudent card. Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni qed jichad kategorikament din ix-xniegha infodata, li hi mahsuba biss biex xi whud jiehdu vantagg politiku minnha.
Kemm il-Ministeru kif ukoll il-Bord li jiehu hsieb l-Ghotjietta' Manteniment la ghandu hsieb u lanqas ma ghandu xi proposta quddiemu biex il-hlas ta' kull xahar lill-istudenti jibda jsir permezz ta' l-iStudent card.
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni jgharraf li sa mill-biduta' din il-legislatura kien iddiskuta mar-rapprezentanti ta' l-istudenti (li illum huma rapprezentati fuq l-imsemmi Bord), biex tinholoq sistema gusta u efficjenti favur l-ghotjiet ta' manteniment. B'din is-sistema, l-istudenti jinghataw l-appogg kollu possibbli biex ikunu jistghu jkomplu l-edukazzjoni sa l-oghla livelli bla ma jkunu piz zejjed fuq il-familji taghhom.
Il-Ministeru jfakkar li taht l-amministrazzjoniLaburista l-ammont ta' ghotjiet naqas b'mod drastiku ghal Lm 50 fix-xahar u ddahhlet sistema fejn l-istudenti kellhom jiddejnu l-flus li kellhom bzonn.
Is-sistema tal-lum tipprovdi biex l-istudenti jiehduammont ta' flus kull xahar li jinghata b'cekk jew jitqieghed direttament il-bank, kif ukoll ammont iehor mahsub biex jinxtraw kotba u materjal edukattiv jew fotokopji legittimi. Fil-kaz ta' l-Universita' l-istudenti fl-ewwel sena jinghataw ghotja ta' Lm 400 malli jibdew il-kors, jiehdu wkoll Lm 200 kull sena tal-kors u Lm 60 kull xahar tas-sena akkademika. Fil-kaz ta' l-istudenti fil-livell post-sekondrju, dawn jinghataw Lm 100 kull sena u Lm 40 fix-xahar.
Bis-sistema izjed mifruxa li dahhal il-Gvern prezenti,aktar studenti qed jinghataw l-ghajnuna finanzjarja. Fost dawn hemm numru kbir ta' studenti post-sekondarji li qabel ma kinux jinghataw stipendju. Hemm ukoll numru ta' studenti li ghandhom sitwazzjoni finanzjarja li tinhtieg ghajnuna supplimentari. Din is-sena regghu zdiedu b'mod sostanzjali l-istudenti fl-Universita' u l-istituzjonijiet post-sekondarji li jiehdu l-ghotjiet ta' manteniment, fil-fatt li l-Gvern din is-sena se jkun qed jonfoq mat-Lm 8 miljun.
Din is-sena kienet introdotta l-iStudent card lifiha l-Bord qed jiddepozita l-ammonti li ghandhom jintuzaw ghax-xiri ta' kotba u materjal edukattiv iehor, fil-kaz ta' l-istudenti (l-ewwel sena) ta' l-Universita' Lm 400, u Lm 200, u fil-kaz ta' l-istudenti post-sekondarji Lm 100.
L-istudenti stess stqarrew li din is-sistema ta' l-iStudentcards hi wahda tajba, efficjenti u gusta u li issa ghandhom l-ammont kollu ghad-dispozizjoni taghhom malli jiehdu l-card. Il-hwienet li jbieghu materjal edukattiv ukoll laqghu din is-sistema. Fil-fatt il-Bord li jiehu hsieb l-ghotjiet ta' manteniment diga awtorizza aktar minn 120 hanut, u fil-gimghat li gejjin se jkunu awtorizzati aktar hwienet biex b'hekk l-istudenti jkollhom firxa dejjem usa' ta' postijiet minn fejn jistghu jixtru l-bzonnijiet taghhom.
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni se jkompli jahdem biexl-istudenti li jkomplu l-istudji taghhom isibu l-appogg kollu li jista' jinghata min-naha tal-Gvern. Fl-istess hin il-Gvern qed johloq sistemi efficjenti li jaraw li n-nefqa f'dan il-qasam tmur direttament fl-edukazzjoni ta' l-istudenti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow