Diskors tal-Ministru ta’ l-Intern, Dr Tonio Borg, fl-okkazjoni tal-Pass Out Parade ta’ 32 rekluta gdid fil-Korp tal-Pulizija
pr1619
02/11/2001
| Huwa ta’ sodisfazzjon kbir ghalija, li ghat-tielet | darba mill-ahhar elezzjoni sal-lum, qed nippresiedi fuq cerimonja bhal tal-lum li qed tilqa’ membri godda fil-Korp tal-Pulizija. |
| Is-sodisfazzjon tieghi, ma johrogx biss mill-fatt li | l-Korp tal-Pulizija qed jizdied fin-numru, izda ghax qed jizdied ukoll fil-kwalità. Il-kriminalità, m’hux biss f’pajjizna qed tiehu forom godda, aktar kumplikati u aktar moderni. Ghalhekk huwa dmir li l-Pulizija zzomm il-pass maz-zminijiet biex tkun tista’ tikkumbatti l-forom godda tal-ksur tal-ligi. |
| Kien ghalhekk li wahda mill-ewwel decizjonijiet li ha | dan il-gvern kienet biex izid ir-rekwiziti biex wiehed japplika ghal pulizija. M’hux ghax ic-certifikati jaghmlu pulizija ahjar, izda ghax nemmnu li t-taghlim jaghmel lil kull persuna ahjar, anke lill-Pulizija. |
| Il-Pulizija ghandhom wiehed mill-aktar xoghlijiet | iebsin li jezistu. L-ufficjali tal-Pulizija ghandhom l-inkarigu li jzommu s-sigurtà pubblika, izda ghandhom ukoll il-poter li juzaw kull mezz, anke l-forza jekk ikun mehtieg, biex jipprotegu lill-ohrajn milli jigu attakkati jew maqtula. |
| Il-Pulizija qeghdin hemm biex jipproteguna mill-kriminalità, | izda fl-istess hin ghandhom ukoll jipprotegu d-drittijiet taghna. U biex jaghmlu x-xoghol taghhom b’mod effettiv, il-pulizija jrid ikollhom il-fiducja tal-kommunitajiet fejn iservu. Huma jridu jizviluppaw relazzjoni ta’ hbiberija u "shubija" mac-cittadini li jipprotegu. |
| Ufficjali tal-Pulizija professjonali, dedikati u | sensittivi, ghamlu hafna f’dan il-pajjiz biex ikollna komunità aktar sigura u post ahjar fejn nghixu. F’certu rhula tezisti kollaborazzjoni diretta bejn in-nies u l-Pulzija, permezz tan-Neighbourhood Watch, kontra l-kriminalità u biex igibu lin-nies flimkien. |
| B’sodisfazzjon kbir infakkar li ghall-ewwel darba | din is-sena, ir-rata tal-kriminalità naqset b’mod konsistenti, xahar wara xahar. Nista’ nghid li sa l-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena, kellna tnaqqis ta’ tnax fil-mija fir-rata ta’ reati rrappurtati lill-Pulizija, meta mqabbla mas-sena li ghaddiet. |
| Dan kollu ma jfissirx li l-glieda kontra l-kriminalità | rbahniha u nistghu lkoll immorru d-dar b’rasna mistrieha li l-kriminalità se tibqa’ tonqos. Din m’hix l-attitudni li rridu niehdu, u kieku qed nehduha, m’ahniex qeghdin hawn illum b’dan l-impenn taghna li l-Korp tal-Pulizija jissahhah. Kif ghidt drabi ohra fl-imghoddi, fil-mument li nahsbu li rbahna l-glieda kontra l-kriminalità, inkunu tlifniha. |
| Ghalhekk l-impenn tal-Gvern biex itejjeb | il-kundizzjonijiet tal-Pulizija u jzidilhom ir-rizorsi taghhom ma jaqta’ xejn. Ftit tal-jiem ilu ghadna kemm hadna mizuri biex inzidu l-flotta tal-karozzi u muturi biex il-pulizija jkunu jistghu jaqdu dmirhom ahjar – fit-toroq - fejn l-aktar li jinhass il-bzonn taghhom. |
| Inxtrat ukoll l-AFIS, il-magna kompjuterizzata li | tqabbel awtomatikament il-marki tas-swaba. Bdejna wkoll l-istallazzjoni tal-CCTV f’lokalitajiet differenti. L-ewwel bdejna bil-Belt Valletta u issa se jkollna wkoll f’Paceville. Inbena kumpless amministrattiv gdid minn fejn il-Pulizija se jkunu jistghu jahdmu ahjar. |
| L-impenn taghna se jibqa’ dak li nsahhu l-Korp | tal-Pulizija u ntuh dak kollu li jehtieg biex jissahhah u jkun f’pozizzjoni ahjar biex jaghmel dak li c-cittadini jistennew mill-Korp. Nemmen li l-Pulizija, l-funzjoni taghha qed jaqduha u jaqduha tajjeb, tant li stharrig wara iehor ikkonferma kemm il-pubbliku huwa sodisfatt mis-servizz li jinghata. |
| Nemmen li intom se tikkontribwixxu biex dan is-sucess | ikompli. Awguri mill-qalb. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN