JIBDEW ISEHHU EMENDI GHAL-LIGI DWAR L-IPPJANAR TA’ L-IZVILUPP
Mill-lum bdew isehhu numru ta’ emendi ghal-Ligi dwar l-Ippjanar ta’ l-Izvilupp. Dawn l-emendi huma ntizi biex izidu t-trasparenza u l-accountability fl-Awtorità ta’ l-Ippjanar. L-emendi, imweghda fil-programm elettorali tal-1998 u li ghaddew dan l-ahhar mill-Parlament ghandhom l-ghan ewlieni li jzidu l-access ghall-informazzjoni mill-pubbliku.
Access ghall-informazzjoni
| L-emedi ser jizguraw li kull applikazzjoni ghal | zvilupp tkun miftuha ghall-iskrutinju tal-pubbliku. Il-pubbliku, minghajr il-htiega li jkun akkompanjat minn perit, ser ikun jista’ jara r-rapporti dwar kull applikazzjoni, kull permess mahrug, il-pjanti u dokumenti rilevanti, kull rapport dwar l-impatt ambjentali, kull rapport dwar l-impatt tat-traffiku u kull dokument iehor li ghandu x’jaqsam ma’ kull applikazzjoni. Il-pubbliku ser ikun jista’ ukoll jitlob kopji tar-rapport ta’ l-applikazzjoni u l-permessi. |
| Dawn il-proceduri godda ser jikkumplimentaw is-servizzi | godda li niediet dan l-ahhar l-Awtorità fuq il-web page taghha, servizzi li jaghtu l-opportunità lill-pubbliku li jnizzel minn fuq l-internet kull dokument, rapport u policy dwar l-ippjanar ta’ l-Awtorità. |
Kummissjoni ghall-Kontroll ta’ l-Izvilupp
Bidla ohra radikali hija t-twaqqif ta’ iktar minn Kummissjoni ghall-Kontroll ta’ l-Izvilupp (DCC) wahda. S’issa l-unika Kummissjoni li kienet tezisti kienet tiddeciedi tista’ tghid kull applikazzjoni. Permezz ta’ l-emendi li dahlu fis-sehh mill-lum ser ikunu mwaqqfa zewg Kummissjonijiet li mhux ser jiddeterminaw l-istess tip ta’ applikazzjonijiet. Ghall-ewwel, wahda mill-Kummissjonijiet ser tidditermina t-talbiet ghar-rikonsiderazzjoni li tressqu qabel l-1 ta’ Novembru 2001 bil-ghan li tnaqqas kemm jista’ jkun l-ammont pendenti. Eventwalment iz-zewg Kummissjonijiet ser jibdew jiddeterminaw applikazzjonijiet ghal zvilupp.
Jitnehha l-vot sigriet
| Tibdil iehor sinjifikanti li dahal fis-sehh illum | huwa li issa mhux ser jibqa` jigi accettat il-vot sigriet u meta Kummissjoni tiehu decizjoni kontra r-rakkomandazzjoni tad-Direttorat iridu jibdew jigu registrati r-ragunijiet. |
| Differiment – Decizjoni mhux iktar tard minn 3 | gimghat wara |
| Barra minn hekk meta decizjoni tigi diferita mill-Kummissjoni | irid jigi zgurat li d-data l-gdida biex tigi deciza l-applikazzjoni ma tkunx iktar tard minn tlett gimghat wara l-laqgha meta l-applikazzjoni tkun diferita. Dawn il-mizuri huma mahsuba biex ihaffu l-process ta’ determinazzjoni, ikun hemm iktar accountability u konsistenza fid-decizjonijiet. |
Rikonsiderazzjonijiet
| Mill-1 ta’ Novembru, meta l-Awtorità tircievi | talba ghal rikonsiderazzjoni ta’ decizjoni, id-Direttur irid ilesti risposta fi zmien 30 gurnata. Kull persuna li tkun ghamlet il-kummenti bil-miktub dwar l-applikazzjoni originali ghandu jigi infurmat b’din it-talba. It-twegiba tad-Direttur tintbaghat lill-applikant li ser ikollu zmien 30 gurnata biex iwiegeb. L-Awtorità imbaghad trid tiddetermina it-talba. B’hekk iz-zmien li fih ghandhom jigu decizi talbiet ghal rikonsiderazzjoni issa tnizzel ghal 12-il gimgha. |
| Dawn li dahlu fis-sehh illum huma biss ftit mill-emendi | li hemm fil-Ligi dwar l-Ippjanar ta’ l-Izvilupp. Dawn l-emendi ser jizguraw iktar efficjenza u iktar trasparenza fl-operat kollu ta’ l-Awtorità ta’ l-Ippjanar. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN