Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TA’ L-INTERN DR TONIO BORG JIFTAH IL-MACHINERY AND TOOLS FAIR

pr1614
Date Icon 01/11/2001
"In-numru ta’ nies li kull sena jweggghu fuq il-post tax-xogholtaghhom, jissottolinea l-bzonn li l-haddiema li huma esposti ghal kull forma ta’ periklu jew dawk li juzaw makkinarju li jista’ jkun perikoluz, juzaw il-mezzi kollha bhal ilbies protettiv, juzaw il-kawtela u jzommu ambjent safe tal-post fejn jahdmu".
Dan qalu l-Ministru ta’ l-Intern, Dr Tonio Borg,meta l-bierah inawgura t-22 edizzjoni tal-Machinery and Tools Fair fit-Trade Fair Grounds tan-Naxxar.
Il-Ministru Borg fisser li din fiera li tinteressalil hafna nies, kemm lill-pubbliku generali li huma dilettanti ta’ xoghol hafif ta’ kostruzzjoni u karpenterija, kif ukoll b’mod partikolari lill-industriji z-zghar.
Huwa fisser kif certu ghodod b’mod partikolari l-hekkimsejha hand jew power tools huma parti importanti fil-hajja taghna ta’ kuljum. Dawn l-ghodod jghinuna biex naghmlu affarijiet li kieku jkunu difficli jew impossibbli taghmilhom. Madankollu dawn l-ghodod semplici jistghu ikunu perikoluzi u ghandhom il-potenzjal li jikkawzaw feriti gravi meta ma jintuzawx jew ma jinzammux kif suppost, spjega l-Ministru Borg.
"Huwa importanti," kompla, "li metawiehed jixtri bicca ghodda jitghallem juzaha sewwa. L-ghodda taf tkun arma perikoluza hafna f’idejn min ma jafx juzaha. Ghalhekk huwa importanti li wiehed jiffamiljarizza ruhhu sewwa ma’ l-uzu ta’ l-ghodod u l-makkinarju u jiehu l-mizuri protettivi kollha bhal ilbies protettiv li hafna Maltin ghad ghandhom l-uzanza hazina li ma juzawhx."
Il-Ministru Borg semma li f’dan ir-rigward Maltaghandha l-ligi u legislazzjoni sussidjarja li jimponu obbligi fuq min ihaddem u l-haddiema nfushom li l-ghan taghhom huwa li jonqsu l-incidenti fuq il-postijiet kollha tax-xoghol.
Huwa qal li l-organu li jhaddem l-enforcementtal-ligi huwa l-Occupational Health and Safety Unit li xoghlu hu li jinvestiga l-incidenti fuq il-postijiet tax-xoghol, l-evalwazzjoni tas-sahha tal-haddiema li jkunu esposti ghal riskji partikolari, kif ukoll jivvettja l-applikazzjonijiet ghal importazzjoni ta’ sustanzi partikolari.
Il-Ministru Borg awgura lis-sebghin esibitur li qedjiehdu sehem f’din il-fiera u nnota bi pjacir li l-popolarità ta’ din il-fiera twassal li madwar 15,000 ruh izuruha kull sena.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow