Left arrow Go Back

IT-TIELET SENA TA’ HIDMA TAL-GVERN: "INSAHHU PAJJIZNA" – MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI

pr1609
Date Icon 31/10/2001
Rega` wasal iz-zmien li naghtu rendikont tal-hidma mwettqamill-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici tul din l-ahhar sena, li kienet it-tielet sena tal-legislatura prezenti. Dan hu ezercizzju utli hafna, kemm ghaliex dejjem tajjeb li wiehed janalizza dak li jkun wettaq izda ukoll ghaliex jghina sabiex niffukaw ahjar fuq il-hidma li ghad ghandna quddiemna.
Din kienet sena li fiha fittixna li nikkonsolidaw dakli konna bdejna fis-sentejn ta’ qabel, specjalment ghal dak li ghandu x’jaqsam ma` l-istrutturi fl-istess Ministeru. Sar hafna xoghol, li mhux kollhu dejjem jidher. Izda jekk kelli nghazel inizjattiva wahda li tispikka fuq l-ohrajn, minhabba l-implikazzjonijiet taghha – ma ghandi l-ebda dubju li din kienet il-publikazzjonai tal-Att dwar l-Izvilupp tal-Kummerc (b’l-Ingliz, Business Promotion Act).
Din kienet is-sena li fiha ghaddejna mill-Parlamentl-Att dwar l-Izvilupp tal-Kummerc bhala emenda ghall-Att dwar l-Izvilupp Industrijali. Ftit taz-zmien wara, permezz ta’ din il-ligi, thabbar pakkett gdid ta’ incentivi sabiex jiffavorixxi l-izvilupp ta’ l-attivita` industrijali f’Malta u f’Ghawdex. Dawn l-incentivi, mhux biss jahsbu sabiex tissokta fil-futur l-ghajnuna lill-dawk l-industriji li diga` gawdew minn incentivi fil-passat, izda testendi dawn l-incentivi wkoll ghal dawk l-intraprizi li jipproducu biss ghas-suq lokali. Anki minhabba r-rejazzjoni pozittiva ghall-provedimenti taht il-BPA, f’din l-ahhar sena thabbru pjani ta’ espansjoni minn diversi kumpaniji fis-settur tal-manifattura, fejn zdied in-numru komplessiv ta’ haddiema.
Izda biex immur nerga` lura ghal diskussjoni iktargenerali dwar l-attivita` tal-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, nixtieq nenfasizza l-hidma kbira li twettqet sabiex tisahhah il-kapacita` ta’ dan il-Ministeru li jkopri b’mod xieraq il-funzjonijiet allokati lilu. Il-hidma tal-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici giet razzjonalizzata ahjar permezz ta’ rijorganizazzjoni ta’ l-istess Ministeru fuq il-bazi ta’ studju estensiv (operations review) konkluz is-sena ta’ qabel.
Fost l-ohrajn, din ir-rijorganizazzjoni waslet ghal holqienta’ zewg divizjonijiet godda, dak tal-Konsumatur u Kompetizzjoni u dak tal-Kummerc, li gabru u nntegraw fi hdanhom numru ta’ dipartimenti flimkien ma xi funzjonijiet godda.
Divizjoni ohra, dik ta` l-Ippjanar Ekonomiku, nghatatfunzjonijiet godda u l-isem taghha nbidel ghal dak ta’ Divizjoni ghall-Politika Ekonomika sabiex jirrifletti dan ir-rwol gdid, iktar wiesgha u iktar marbut mat-tfassil ta’ policy.
Permezz ta’ Att mghoddi mill-Parlament, inholqot l-Awtorita`Maltija ghall-Istatistika sabiex tkompli tigi assigurata l-imparzjalita` u t-trasparenza fil-kompilazzjoni ta` l-istatistika nazzjonali. Taht l-awspici ta’ din l-Awtorita` qed ikompli jissahhah l-Ufficju Centrali ta` l-Istatistika, permezz ta` l-ingagg ta’ iktar ufficjali kwalifikati. Dan issa inghata l-isem tal-Ufficju Nazzjonali tal-Istatistika u qed ikompli jestendi l-firxa ta’ statistika li regolarment tingabar u li tigi ppublikata.
Tul din is-sena, kien hemm ukoll tishieh importantita` l-Awtorita` Maltija ghall-Istandards. Din issa nghatat struttura definittiva bil-holqien ta’ numru ta’ direttorati filwaqt li mxiet sew `il quddiem il-process sabiex l-istandards Ewropew jigu nkorporati fil-ligi Maltija bhala standrads lokali.
Giet emendata mill-Parlament il-Ligital-Kompetizzjoni sabiex tkompli tissahhah f’pajjizna l-hidma li tiggarantixxi kompetizzjoni gusta u suq hieles bhala l-aqwa garanzija ghall-interess tal-konsumatur. Fl-istess waqt, komplew jissahhu ukoll l-inizjattivi mahsuba sabiex jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-konsumatur inkluz id-dahla fis-sehh tal-ligi dwar is-Sigurezza tal-Prodotti (Product Safety Act). F’dan l-istess zmien, gie mressaq quddiem il-parlament l-Att dwar il-Licenzji ghall-Kummerc li ghandu jwassal ghal simplifikazzjoni konsiderevoli tal-mekkanizmu li jamministra l-hrug ta’ licenzji tan-negozju li ghandu jkun ta’ beneficju ghas-settur kummercjali f’pajjizna.
Ittiehdu mizuri sabiex tissahhah il-hidma ntizasabiex tghin lis-settur industrijali f’Malta permezz ta’ koordinazzjoni ahjar ta` l-attivita` ta` l-MDC, METCO u IPSE. Ghal dan il-ghan, inholoq il-Malta Enterprise Board li jikkomprendi lic-chairman ta’ dawn it-tlett entitajiet flimkien ma` esponenti gholja ta’ oqsma ohra li ghandhom x’jaqsmu mill-qrib mas-settur industrijali. Dan il-bord jiltaqa` regolarment, taht il-presidenza tieghi.
Inholoq ukoll Advisory Council mghamulminn numru ta’ individwi imlahqa fil-qasam taghhom, kwazi kollha persuni ta’ nisel Malti li kisbu success barra minn Malta. Dan il-kunsill ghandu rwol konsultattiv, sabiex jghati parrir dwar elementi importanti fl-istrategija industrijali u kummercjali ta’ pajjizna. Dan il-Kunsill jitlaqqa darbtejn fis-sena u l-ewwel laqgha tieghu nzammet f’Lulju li ghadda.
Fl-istess waqt, kompliet il-hidma permezz tal-MDCghall-promozzjoni ta’ iktar investiment barrani f’Malta, u ghal dan il-ghan, l-MDC bghatet ghall-ewwel darba rapprezentant permanenti fl-Istati Uniti. Kompliet ukoll il-hidma ghat-tkattir tal-kummerc internazzjonali minn Malta permezz tal-METCO li fethet l-ewwel ufficju taghha barra minn Malta, fi Tripli, u fil-Libja.
Issoktaw u ssahhew diversi inizjattivi favurl-intraprizi iz-zghar fosthom twaqqaf formalment id-Dipartiment tan-Negozji Zghar u Artiggjanat (Small Business Unit) u nhatar il-Kunsill Malti ghall-Artiggjanat, filwaqt li komplew jigu estizi l-programmi mnieda mill-IPSE inkluz il-holqien ta’ centru ta’ ghajnuna ghal intraprizi godda mgharuf bhala Business Incubation Centre. Kompliet ukoll il-hidma ta’ l-IPSE favur ir-ristrutturar ta’ dawk l-oqsma industrijali li huma nteressati mit-tnehhija tal-levies, liema process baqa’ miexi skond l-iskeda imhabbra fl-1999.
Kompliet ukoll il-hidma ta` l-entitajiet pubblicili jaqghu taht ir-responsabilita` tal-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici. Iktar dettal dwar dan jista’ jinstab fil-kumplament ta’ dan ir-rapport, ghalhekk ser insemmi biss xi ftit punti, bhala ezempju.
Fil-kaz tal-Freeport, MIA u Maltapost, dawnl-intraprizi komplew b’success bl-attivita` fil-qasam kummercjali partikolari taghhom filwaqt li nbedgha bi hgaru il-process ghall-privatizazzjoni taghhom li issa tidher fil-qrib.
Diversi entitajiet pubblici ohra rregistraw passisinifikattivi. Fosthom il-bidu ta` servizz gdid tat-telefon cellulari (mobile) mill-Go Mobile, sussidjarja tal-Maltacom u d-dahla fis-servizz tat-tieni vapur gdid (il-Gaudos) fuq is-servizz tal-Gozo Channel bejn Malta u Ghawdex.
Twettqet b’success kampanja ta’ marketing sabiexingab xoghol gdid ghat-Tarzna ta’ Malta inkluz xoghol li ghandu x’jaqsam mal-konverzjoni ta’ vapuri li joffru opportunitajiet godda u potenzjal ferm ikbar mix-xoghol konvenzjonali ta’ tiswija. Fost il-kuntratti li ntrebhu spikka dak tal-vapur La Salle tan-Navy Amerikana li fisser dhul tajjeb ghat-Tarzna filwaqt li serva ta’ reklam importanti ghall-istess azjenda.
Kull sena, hekk kif tispicca, tfisser ukoll il-biduta’ sena gdida. Il-hidma taghna trid tkompli u ser tkompli, bl-istess impenn li wrejna s’issa. Hekk kif pajjizna qieghed dejjem joqrob iktar vicin ghall-pass decisiv li ghandu quddiemu, is-shubija fl-Unjoni Ewropeja li tiftah kapitlu gdid fl-istorja ta’ pajjizna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow