Jinhatar ufficjalment il-Kummissarju tar-Rifugjati
Bis-sahha tal-Ligi dwar ir-Rifugjati, Malta issa ghandha l-mekkanizmu biex hi stess tkun tista’ tipprocessa talbiet minn persuni li jkunu jridu jfittxu kenn f’pajjizna. Dan se jwassal biex il-kazijiet ta’ rifugjati genwini jigu rikonoxxuti aktar bil-heffa, izda fl-istess waqt jinqatghu ukoll aktar malajr il-kazijiet li ma jkunux.
Il-Ministru ta’ l-Intern Dr Tonio Borg, ikkonsenja l-ittra tal-hatra lil Charles Buttigieg bhala Kummissarju tar-Rifugjati f’cerimonja li saret dal-ghodu fil-Ministeru ta’ l-Intern. Inhatar ukoll Bord ta’ l-Appell dwar ir-Rifugjati li huwa kompost mill-Professur Henry Frendo bhala president, Dr Carmelo Testa bhala membru u president sostitut u Dr Tonio Grech bhala membru. Il-Kavallier Paul Saliba huwa membru sostitut.
Il-Hatra tal-Kummissarju u tal-Bord kienet possibbli wara li ghall-ewwel darba mill-1971, meta Malta ffirmat il-Konvenzjoni ta’Ginevra dwar ir-Rifugjati tal-1951, se jkollna ligi specifika dwar ir-rifugjati u d-drittijiet taghhom. Il-Ligi dahlet fis-sehh fl-1 t’Ottubru 2001. Malta se jkollha s-sistema taghha ta’ rikonoxximent tar-rifugjati, bi dritt ukoll ta’ appell.
Qabel m’ghaddiet il-Ligi ix-xoghol ta’ l-ipprocessar ta’ l-applikazzjonijiet, u l-ghoti jew ic-cahda ta’ l-istatus ta’ rifugjat kien isir mir-rapprezentanti tal-Kummissjoni Gholja tan-Nazzjonijiet Uniti ghar-Rifugjati (UNHCR) f’Malta
Tliet snin ilu, meta f’Malta gie elett mill-gdid Gvern Nazzjonalista, sab illi m’hux biss ir-rifugjati ma kellhomx dritt ghax-xoghol, izda jekk, bhal barranin l-ohra, kienu japplikaw ghall-permess tax-xoghol, kienu jaghmlulhom il-kundizzjoni li jridu jirrinunzjaw ghall-istatus taghhom ta’ rifugjati.
Illum mhux biss jinghatalhom permess tax-xoghol jekk huma rikonoxxuti rifugjati izda l-permess jinghata lilhom direttament u mhux lil min ihaddimhom u b’hekk jekk ibiddlu x-xoghol ma jkollhomx ghalfejn li jergghu japplikaw ghal permess iehor kif jaghmlu barranin ohra.
Ghall-ewwel darba wkoll, kull rifugjat inghata ‘dokumenti ta’ l-ivjaggar’ biex ikun jista’ jsiefer barra minn Malta u ma jkollux bzonn visa biex jigi lura.
Kull membru tal-familja tar-rifugjat li jasal Malta ghandu l-istess drittijiet bhar-rifugjat innifsu u se tinghata wkoll assistenza finanzjarja lil dawk ir-rifugjati li ma jahdmux.
Barra minn hekk malli persuna li tkun qed tinzamm fil-kustodja tal-Pulizija, tigi rikonoxxuta bhala rifugjat, tinheles awtomatikament mill-kustodja bis-sahha tal-ligi.
Il-Konvenzjoni ta’ Ginevra ta’ l-1951 taghti din id-definizjoni ta’ rifugjat: "A person who is outside his/her country of nationality or habitual residence; has a well founded fear of persecution because of his/her race, religion, nationality, membership in a particular social group or political opinion; and is unable or unwilling to avail himself/herself of the protection of that country, or to return there, for fear of persecution." Malta wkoll se tadotta l-istess definizzjoni meta tigi biex tipprocessa talbiet simili.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN