Left arrow Go Back

PROGRAMM TA' XOGHLIJIET LI SER JITWETTQU MATUL IS-SENA D-DIEHLA MILL-MINISTERU GHALL-AMBJENT

pr1594
Date Icon 30/10/2001

Waqt il-konferenza ta' l-aħbarijiet dwar it-Tielet Sena ta' Ħidma tal-Ministeru għall-Ambjent, Francis Zammit Dimech, il-Ministru għall-Ambjent elenka x-xogħlijiet ewlenin li se jitwettqu mill-Ministeru għall-Ambjent fl-2002 u l-istadju li hu mistennija jkunu fih il-proġetti kapitali fl-istess sena.

Proġetti :-

Proġett tal-Kottonera

  • Bini ta' appartamenti u 4-5 stabbilimenti kummerċjali fuq in-naħa tal-Menqa fil-Birgu u fuq in-naħa tat-Toqba fil-Kalkara mill-Cottonera Waterfront Group
  • Restawr tal-faċċata tal-Caraffa Stores mill-Cottonera Waterfront Group
  • Bidu ta' l-iżvilupp tal-Pied a Terre fuq il-Ponta ta' Sant'Anġlu li jikkonsisti f'bini ta' appartamenti żgħar mill-Cottonera Waterfront Group
  • Bidu tal-bini ta' lukanda fix Xatt tal-Birgu mill Port Cottonera Consortium
  • Bidu ta' xogħlijiet ta' tiswija tal-mollijiet mill-Gvern u mill-Cottonera Waterfront Group biex ikunu tajba għall-irmiggi
  • Tqegħid tas-servizzi meħtieġa għal superyachts fuq il-mollijiet tal-Birgu
  • Ħruġ ta' offerti u twettiq ta' l-ewwel fazi tat-tqegħid tal-pontoons għall- irmiggi mill-kumpannija Camper & Nicholsons
  • Bidu tax-xogħlijiet mill-Cottonera Waterfront Group għall-bini ta' Capitainerie fuq il-moll ta' Sant Anglu
  • Xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ fil-Birgu biex tkun tiflaħ għall-ħtiġiet tal-proġett tal-Kottonera u biex nieħdu ħsieb ukoll il-problemi tal-lokal
  • Jitwasslu s-servizzi ta' l-elettriku u ilma biex tissaħħaħ l-infrastruttura għall-proġett tal-Kottonera u tat-tliet ibliet

Il-Proġett ta' Manoel Island u Tigne
  • Jitkomplew xogħlijiet ta' restawr tal-Forti Manoel
  • Jitkompla t-tindif ta' Tigne Fort
  • Jibda il-bini appartamenti f'Tigne South
  • Jibda l-iżvilupp ta' Tigne Sports li jikkonsisti f'appartamenti għar-residenti u faċilitajiet sportivi għall-Assocjazzjoni Sportiva Tigne
  • Jibdew ix-xogħlijiet fuq il-mina li se ssir f'Tigne Point
  • Jitlesta l-istudju li qed isir fuq il-harbour modelling li jikkonsisti fi studji fuq il-breakwater u dredging.


Il-Proġett tal-Valletta Cruise Liner

  • Bidu tal-kostruzzjoni tal-bini alternattiv għar-residenti u ħwienet li kienu effettwati mill-proġett
  • Xoghol ta' twaqqigħ ta' bini
  • Bini ta' faċilitajiet temporanji għall-passiġġieri
  • Bidu tax-xogħlijiet fuq it-triq il-ġdida li tgħaqqad il-Marsa mal-Belt u li tgħaddi minn bejn is-sur u l-bini eżistenti
  • Bidu ta' tqegħid ta' servizzi għall-proġett, inkluż l-elettriku, ilma u drenaġġ.
  • Bidu ta' restawr ta' Pinto Stores u Forni Stores
  • Bidu tal-kostruzzjoni tal-car park fuq id-Deep Water Quay
  • Bidu tal-kostruzzjoni tal-bini alternattiv ghall-MMA


Proġetti ta' tisbiħ :-

Sliema - Upgrading tal-bankini fi Triq it-Torri (fuq in-naħa residenzjali) bejn it-Tower Palace Hotel sa ħdejn l-iSpeedy Garage. Jitlesta l-upgrading tal-playing field ħdejn it-Torri, pavimentar madwar it-Torri.

San Ġiljan - Jitlesta x-xogħol ta' upgrading tal-promenade sa' Misraħ Spinola. Xogħol ta' ħatt u bini mill-ġdid tal-Waterpolo Clob, xogħol fil-baħar in konnessjoni mat-twessiegħ ta' Triq Ġorġ Borg Olivier, upgrading tal-promenade bejn il-waterpolo pitches ta' San Ġiljan u n-Neptunes, rikostruzzjoni tat-triq li tinkludi pavimerntar ġdid fuq in-naħa residenzjali tat-triq bejn ic-Chains Restaurant sal-Belgravia fi Triq Ġorġ Borg Olivier, ippjanar ghal-proġetti oħra li qed ikunu ppreparati u li jinkluda Misraħ Spinola u l-promenade minn Neptunes Waterpolo Pitch sal-Barracuda Restaurant, it-triq u xogħol ta' tisbiħ fi Triq Santu Wistin (l-inħawi ta' Bay Street)

Marsaskala - Bini ta' promenade fi Triq Żonqor, xogħol ta' upgrading fil-bajja ta' San Tumas, xogħol ta' restawr fit-Torri ta' San Tumas u fir-redoubt

Xgħajra (limiti ta' Ħaż-Żabbar) - Ix-xogħol fuq l-upgrading tal-promenade għandu jibda f'Jannar 2002

Birżebbuġa - xogħol ta' upgrading ta' l-area tal-Qajjenza


Proġetti ta' riabilitazzjoni :-

Valletta/Floriana

Riabilitazzjoni tal-Barrakka ta' Fuq u l-Barrakka t'Isfel; bini mill-ġdid tal-Gardjola f'Hastings; tkomplija tax-xogħlijiet tar-restawr tal-frescoos ta' Paladini u D'Aleccio fil-Palazz; restawr tal-fresco fid-daħla tal-Palazz; restawr ta' bronz importanti; tkomplija tar-restawr tal-Knisja tal-Ġiżwiti u tal-Knisja tal-Vitorja; kompetizzjoni għad-disinn tal-pavimentar ta' parti minn Triq il-Merkanti; upgrading tal-Mall fil-Floriana u ta' quddiem il-lukanda Phoenicia, restawr tal-knisja ta' Sarria.

Kottonera
Tħejjija ta' masterplan; tidwil ta' Forti Sant'Anġlu u tad-daħla ta' Bormla; pavimentar tal-belvedere u ta' l-inħawi tal-Collacchio fil-Birgu; pavimentar ta' Misraħ Paolino Vassallo f'Bormla u ta' Triq is-Sur fl-Isla; restawr tal-kappella tas-Salvatur fil-Kalkara u playing field f'San Ġwann t'Għuxa f'Bormla.

Mdina
Tkomplija tat-tneħħija tal-wires; dwal mas-swar; upgrading tas-sistema interna ta' dawl; pavimentar


Proġetti ta' restawr :-

Il-Unit għar-Restawr qed iwettaq, jew se jibda jwettaq, aktar minn 60 proġett ta' restawr. Fost dawn il-proġetti hemm xogħlijiet ta' restawr fil-Palazz Presidezjali; l-Auberge de Baviere; l-Ospizio fil-Floriana; l-Batterija ta' Pembroke; it-Torri ta' San Tumas, M'skala; Il-Mina ta' Santa Liena, il-Mina ta' Polverista u s-swar ta' Santa Liena, f'Bormla; Couvre Porte, l-mina ta' Notre Dame, l-Monasteru ta' Santa Skolastika, il-Muzew Marittimu u s-sur ta' San Ġwann fil-Birgu; il-mina ta' Sant'Anna fl-Isla.

Qed jitkompla l-proġett tal-fortifikazzjonijiet ta' l-Imdina, se jsir survey ta' passaġġi sottoranei fl-Imdina, disinji għall-walkway tal-ħġieġ biex tkopri l-fdalijiet arkeoloġiċi li nstabu fl-istess belt.

Xogħlijiet oħra :-

  • Jibda x-xogħol fuq il-bini ta' Uffiċji ġodda għad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent fil-Marsa
  • Riabilitazzjoni ta' Casa Cabrera biex tilqa' l-Qorti tal-Familja
  • Tlestija tal-Ġnien Pubbliku KGV Floriana


Drenaġġ :-

Proġetti li waslu biex jitlestew

  • Rabat-Attard (L-ewwel fażi) 1.6 kilometri ta' gravity mains - prattikament lesta
  • Rabat-Attard (It-tieni fażi) 4.2 kilometri ta' gravity mains - għandha titlesta fi żmien ftit ġimgħat oħra
  • Ippjanar, ddisinjar u pre-qualification exercise għall-impjant għat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex
  • Ippjanar, iddisinjar, dokumentazzjoni għall-offerta u pre-qualificaton exercise għall-infrastruttura relatata mat-trattament tad-drenaġġ fin-Nofsinhar ta' Malta
  • Tlestija ta' dokumentazzjoni ta' offerti u publikazzjoni ta' l-istess offerti għall-kostruzzjoni ta' relief main ġdid fin-Naxxar (880 metru ta' gravity main fi Vjal il-Labour)


Proġetti għall-2002 :-

  • Għoti ta' l-offerta għar-relief main tan-Naxxar b'perijodu ta' kostruzzjoni ta' 16-il ġimgħa
  • Għoti ta' l-offerta għall-impjant għat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex li x-xogħol fuq il-bini tiegħu jibda fit-tielet kwart tal-2002
  • Għoti ta' l-offerta għall-infrastruttura relatata mal-proġett għat-tisfija tad-drenaġġ fin-Nofsinhar ta' Malta. Ix-xogħol għandu jibda fit-tielet kwart tal-2002
  • Ħruġ u għoti ta' kuntratt ta' konsulenza għall-implimentazzjoni ta' żewġ skemi supplimentari tad-drenaġġ għall-Għarb u n-Nadur f'Għawdex. L-iskemi huma maħsuba li jitwettqu fl-2003.


Xogħlijiet oħra tad-drenaġġ

  • Skema ġdida għad-drenaġġ fl-iSports Complex f'Ta' Qali li jinkludi l-Istadium Nazzjonali
  • Titlesta l-iskema tad-drenaġġ ta' Wied il-Għasel fil-Mosta li tinkludi l-bini ta' pumping station darba joħorġu l-permessi meħtieġa
  • Titlesta l-iskema tad-drenaġġ għan-naħa t'isfel fil-Għargħur li tinkludi 600 metru ta' mains fil-wiċċ u 110 metru ta' mains f'galleriji
  • Titlesta l-iskema tad-drenaġġ għall-Kortin fil-Mellieħa li tinkludi 1,700 metru ta' mains fil-wiċċ u 280 metru ta' mains fil-galleriji
  • Bini ta' relief main sewers fil-Balluta, San Ġiljan; Marsamxett il-Belt u Tat-Troll Żebbuġ


Strateġija għall-Immaniġġjar ta' Skart Solidu

Matul is-sena 2002 se tibda titwettaq l-Istrateġija għall-Immaniġġjar ta' l-Iskart Solidu fil-Gżejjer Maltin. Skond din l-istrateġija fl-2002 iridu jitwettqu 23 azzjoni jew miżura.

Fost dawn l-azzjonijiet/miżuri hemm

  • Twaqqif ta' Agenzija għal Servizzi ta' Immaniġġjar ta' l-Iskart responsabbli mill-organizazzjoni u s-supervizjoni tat-twaqqif ta' faċilitajiet u servizzi ta' immaniġġjar ta' skart pubbliku
  • Twaqqif ta' Recycled Building Materials Working Party
  • Upgrading tal-facilita' ghat-trattament ta' skart mis-settur tal-kura tas-saħħa fl-Isptar San Luqa
  • Twaqqif ta' Waste Oils Recovery/Recyling Facility
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow