IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JESMOND MUGLIETT JITKELLEM DWAR L-IMPATT TA’ SHUBIJA FL-UNJONI EWROPEJA FUQ IZ-ZGHAZAGH
pr1592
30/10/2001
| Il-pajjiz jehtieg li l-korpi kostitwiti jaghmlu | studju dwar is-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja. Dan ghaliex il-korpi kostitwiti huma meqjusa bhala korpi ndipendenti u ghalhekk ghandhom obbligu jispjegaw lis-settur li jaqa’ tahthom l-implikazzjoni tas-shubija. Ghalhekk wiehed ma jistax jifhem kif il-Forum Zghazagh Laburisti jkun kontra l-hsieb li jsir studju dwar l-impatt. |
| Dan qalu s-Segretarju Parlamentari l-Onor. Jesmond | Mugliett illum, f’laqgha mal-Forum Zghazagh Laburisti, meta dawn ipprezentaw l-istudju taghhom li sar bhala reazzjoni ghar-rapport imhejji mill-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh, fuq iz-zghazagh dwar l-impatt tas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja. Mhux minnu li l-KNZ huwa xi strument f’idejn il-Gvern, kif jghid l-istess rapport. Fil-fatt is-Segretarju Parlamentari jinnomina biss zewg membri minn ezekuttiv ta’ tnax-il membru li jifformaw il-KNZ. |
| Mhux veru li jekk Malta ma tkunx membru ta’ | l-Unjoni Ewropeja tkun tista’ tippartecipa fil-Programmi ta’ l-Unjoni bl-istess mod kif tippartecipa illum. Lanqas m’hu minnu li Gvern Laburista pprepara l-istrutturi ghall-partecipazzjoni f’dawn il-programmi, fil-perjodu ta’ bejn l-1996 u l-1998. Kull ma sar f’dawn is-sentejn kien li twaqqaf ufficcju ‘Socrates’ fl-Universita’. Kien Gvern Nazzjonalista f’dawn l-ahhar tlett snin, li waqqaf l-istrutturi ghal Programmi ‘Leonardo’, ‘Youth’ u l-‘Fifth Framework Programme’ u estenda l-beneficcji mhux biss ghall-istudenti fl-Universita’, imma prattikament ghat-tfal u z-zghazagh kollha. Il-Partit Laburista ghandu l-obbligu jghid jekk iwaqqafx il-partecipazzjoni fil-Programmi Ewropej, jekk jirbah l-elezzjoni li jmiss. |
| Huwa minnu li pajjiz ghandu jirfina l-istrutturi | tieghu, irrispettivament jekk isirx membru fl-Unjoni Ewropeja jew le. Imma l-process ghas-shubija qieghed jghin sabiex il-pajjiz jistabilixxi ‘time-table’ rejali, jircievi assistenza permezz ta’ esperti u anke fi flus, kemm fil-fazi ta’ preparazzjoni u anke meta ssehh l-ishubija. |
| Minghajr shubija, il-piz sabiex pajjizna jaggorna | ruhhu fl-oqsma ta’ l-ambjent, tar-ricerka u zvilupp, u ta’ titjib fl-infrastruttura jista’ jkun gholi wisq li jippermetti li z-zghazagh tal-lum jibdew igawdu minn dan it-titjib fl-iqsar zmien. |
| "Huwa fatt ikkonfermat minn diversi ‘surveys’ | li z-zghazagh Maltin huma entuzjasti ghad-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja. Dan ghaliex jaraw is-shubija bhala pass ghal aktar opportunitajiet ta’ mobilta’, ta’ studju u ta’ progress." temm jghid is-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN