Malta tikkonkludi n-Negozjati fuq il-Kapitlu tat-Trasport u tikseb erba' perjodi ta' tranzizzjoni
Malta u l-Unjoni Ewropea llum ikkonkludew in-negozjati fuq il-Kapitlu tat-Trasport, biex b'hekk Malta hija t-tieni minn 12-il pajjiz kandidat li qed taghlaq dan il-kapitlu provizorjament. L-Unjoni Ewropea konfermat ukoll li hija kienet qed taccetta t-talbiet ta' Malta ghal zmenijiet ta' tranzizzjoni f'erba' oqsma li jaqghu taht dan il-Kaptilu.
Din ir-rakkommandazzjoni ghal l-gheluq provizorju tal-Kapitlu tat-Trasport iwassal ghal 18 it-total ta' kapitli li Malta ghalqet sa issa fin-negozjati taghha ma' l-Unjoni Ewropea.
Li l-Unjoni Ewropea accettat l-erba' talbiet ta' Malta ghal perjodi ta' tranzizzjoni kienu konfermati l-Gimgha wara nofsinhar matul laqgha li saret fi Brussels f'livell ta' Deputati tal-Konferenza Intergovernattiva dwar is-Shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Id-delegazzjoni Maltija fil-laqgha ta' llum wara nofsinhar tal-konferenza dwar shubija kienet immexxija mic-Chairman tal-Grupp Ewlieni ta' Negozjaturi Maltin is-Sur Richard Cachia Caruana.
Il-perjodi ta' tranzizzjoni li sar qbil dwarhom illum wara nofsinhar kienu dawn li gejjin:
- Tliet snin zmien ta' tranzizzjoni ghal twahhil ta' apparat li jkejjel il-limitu tal-velocita;
Sentejn ta' tranzizzjoni ghad-dhul ta' testijiet obbligatorji tas-suspension tal-vetturi u tal-kundizzjonijiet generali ta' vetturi;
Tliet snin ta' tranzizzjoni biex il-hlas tal-licenzja tat-triq ghal vetturi kbar registrati f'Malta u li jinsaqu f'territorju Malti jigi jaqbel mar-rata minima ta' l-Unjoni Ewropea;
Sentejn ta' tranzizzjoni biex il-hlas ta' licenzja tat-triq ghal vetturi kbar tat-taghbija registrati Malta u li jinsaqu barra minn Malta jigi jaqbel mar-rata minima ta' l-Unjoni Ewropea.
Illum wara nofsinhar saru wkoll diskussjonijiet dwar il-Kapitlu li jitratta c-¬aqliq Hieles ta' kapital. Kien hemm qbil wiesgha fuq il-punti kollha hlief ghal punt wiehed li jaqghu taht dan il-kapitlu. Iridu jsiru aktar diskussjonijiet dwar il-kwistjoni tal-kisba ta' proprjeta.
Matul il-laqgha ta' llum wara nofsinhar, ic-Chairman tal-Grupp Ewlieni ta' Negozjaturi Maltin, is-Sur Richard Cachia Caruana, laqa' l-gheluq tal-Kapitlu tat-Trasport u l-qbil li kien hemm dwar perjodi ta' tranzizzjoni. Huwa zied jghid li l-gheluq ta' dan il-Kapitlu ma' Malta huwa okkazjoni ohra fejn il-principle of differentation qed jaghti cans lil pajjiz kandidat li beda n-negozjati tard biex ikun jista' jilhaq lil dawk il-pajjizi kandidati li kienu bdew in-negozjati aktar qabel.
Dwar il-Kapitlu fuq ic-Caqliq Hieles ta' Kapital, is-Sur Cachia Caruana semma l-ftehim li sar fuq aspetti marbuta mac-caqliq ta' fondi, kapital u flus, sistemi ta' pagamenti, investiment dirett u hasil tal-flus. Huwa nnota li dan il-ftehim sar minghajr ma saret xi talba ghal arrangament specjali min-naha ta' Malta. Dwar kwistjonijiet marbuta ma' hasil ta' flus, is-Sur Cachia Caruana ddeskriva l-livell gholi ta' thejjija li ghandha Malta f'dan il-qasam flimkien ma' mizuri ohra li qed jittiehdu, fosthom it-twaqqif ta' Financial Intelligence Unit.
Ic-Chairman tal-Grupp Ewlieni ta' Negozjaturi Maltin iddeskriva l-kwistjoni tal- proprjeta bhala il-kwistjoni ewlenija taht dan il-Kapitlu. Huwa spjega li l-oqsma li jiukkoncernaw lil Malta mhumiex ta' natura tranzitorja u li s-soluzzjoni jehtieg li tilqa' ghas-sitwazzjoni difficli, minhabba d-daqs tal-pajjiz, id-densita tal-popolazzjoni u l-effetti socjali li ggib maghha zieda fid-domanda ghal proprjeta.
Dwar ix-xhur li gejjin, is-Sur Cachia Caruana qal li fost il-11 kapitli li ghad baqa' miftuha hemm uhud li jitrattaw materji komplessi imma jhoss li l-kwistjonijiet principali diga kienu identifikati b'mod car. Dawn il-materji huma limitati fil-ghadd u l-konsultazzjonijiet teknici fuq uhud minnhom diga jinsabu fi stadju avanzat. Filwaqt li l-mira ta' Malta tibqa' li ssolvi kemm jista' jkun materji f'livell tekniku, is-Sur Cachia Caruana jistenna li f'certi kazijiet, li huma ftit imma importanti, id-dimensjoni politika se jkollha taghmel il-parti taghha fil-hidma biex ikun hemm konkluzjonijiet sodisfacenti.
Fi tmiem id-diskors tieghu, is-Sur Cachia Caruana esprima l-fiducja tieghu li r-rieda politika biex jinkisbu l-miri tat-tkabbir ta' l-UE kif dikjarati f'Nizza u f'Gothenburg jibqghu sodi u ghaddejjin. Min-naha taghha Malta tibqa' determinata li tlesti n-negozjati sal-ahhar tas-sena ddiehla.
Fis-sessjoni ta' llum wara nofsinhar, tkellem ukoll l-Ambaxxatur Frans van Daele, f'isem il-Presidenza Belgjana. Il-Presidenza esprimiet il-gratitudni taghha ghas-solidarjeta murija minn Malta li assocjat ruhha mal-pjan ta' azzjoni kontra t-terrorizmu.
L-Ambaxxatur van Daele wera d-determinazzjoni tal-Presidenza li zzomm ir-ritmu tan-negozjati u li l-Kunsill Ewropew ta' Laeken f'Dicembru jkompli jevalwa l-progress fin-negozjati ghal tkabbir fuq il-bazi tar-Rapport Regolari, tad-Dokument Strategiku u d-diversi Ftehim ta' Msiehba ghal Shhubija (Accession Partnership Agreements).
Il-Presidenza laqghet l-gheluq li sar illum tal-Kapitlu li jitratta t-trasport u wara li kienu ezaminati t-talbiet ta' Malta ghal perjodi ta' tranzizzjoni, il-pajjizi membri qablu li jaccettawhom. Dwar ic-Caqliq Hieles ta' Kapital, u specifikament dwar il-kwistjoni marbuta max-xiri ta' proprjeta, l-Ambaxxatur Belgjan, f’isem il-membri ta’UE, qal li l-Unjoni Ewropea tifhem tassew is-sitwazzjoni specifika ta' Malta. L-Unjoni temmen li kull soluzzjoni ghandha tkun ibbazata fuq li ma jkunx hemm diskriminazzjoni u fuq kriterji oggettivi. Fil-kuntest tal-hasil ta' flus, l-Ambaxxatur Belgjan heggeg lil Malta wkoll biex timplimenta l-impenji taghha rigward il-Financial Intelligence Unit li trid tinholoq.
Eneko Landaburu, Direttur-Generali ghat-Tkabbir fil-Kummissjoni Ewropea, esprima s-sodisfazzjon tieghu li Malta kienet ghalqet Kapitlu iegor importanti u li, wara li temmet in-negozjati taghha kmieni din is-sena dwar l-Energija u l-Kontroll Finanzjarju, issa nghalqu tliet kapitli li kienu ppjanati li jinghalqu fit-tieni nofs ta' l-2001 skond l-iskeda (road map) li fasslet il-Kummissjoni Ewropea. Dwar il-kwistjoni tas-Sigurta Marittima, Landaburu wera li l-Kummissjoni kienet taf bl-isforzi kbar li Malta ghamlet f'dan il-qasam u li wasslu biex ikun possibbli li llum jinghalaq il-Kapitlu tat-Trasport.
Is-Sur Cachia Caruana kien akkumpanjat mis-Sur Victor Camilleri, l-Ambaxxatur ta' Malta fi Brussels; is-Sur Saviour Falzon, Kap tad-Direttorat dwar l-Unjoni Ewropea; Ms Graziella Pullicino, Kordinatrici fis-Segretarjat tan-Negozjati ma' l-UE; u ghadd ta' ufficjali mill-Anbaxxata Maltija fi Brussels.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN