Zjara fic-Centru Sportiv tal-Kottonera
pr1571
26/10/2001
| Dal-ghodu l-Ministru Francis Zammit Dimech flimkien mas-Segretarju | Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni l-Perit Jesmond Mugliett zaru l-post fejn qieghed jinbena l-Kumpless Sportiv tal-Kottenera. |
| Waqt din iz-zjara, wiehed seta japprezza l-progress | li sar fuq ix-xoghol. Ix-xoghol tal-pedamenti issa tlesta kollu, tlesta hafna mix-xoghol tal-gebla ta’ l-ewwel sular u mexa sew ix-xoghol fuq it-tieni sular. Il-Kumpless ghandu l-ghamla ta’ kaxxa centrali fejn isir il-loghob principali. Fuq tlett nahat tal-kaxxa wiehed isib facilitajiet ancillari bhal ufficini, dressing rooms u toilet. Fuq in-naha ta’ wara tal-kaxxa wiehed isib il-pitch tal-bocci. Fl-erba kantunieri tal-Kumpless hemm erba’ torrijiet li ser ikun fihom turgien, lifts u xi servizzi. |
| Id-disinn kollu ta’ dan il-Kumpless sar minn Periti | u Inginiera tad-Dipartiment tax-Xoghlijiet, wara li kumitat maghmul minn esperti fl-isport hejjew il-brief tad-disinn. Il-Periti tad-Dipartiment tax-Xoghlijiet ghamlu d-disinn arkitettoniku kollu li kien jinvolvi mijiet ta’ dettalji sabiex il-kuntrattur ikollu l-informazzjoni kollha fuq x’hiex jahdem. Il-Periti tad-Dipartiment tax-Xoghlijiet ghamlu wkoll id-disinn strutturali tas-saqaf - disinn innovattiv ghax huwa fl-ghamla ta' koppla catta. Inginiera ta' l-istess Dipartiment iddisinjaw is-sistema tas-servizzi kollha, id-dwal u d-dettalji mehtiega ghat-tlestija. Anke l-Project Management qeghdin jiehdu hsiebu periti tad-Dipartiment tax-Xoghlijiet. |
| Sa l-ahhar tas-sena mistenni jitlesta hafna | mix-xoghol tal-gebla. Mill-bidu tas-sena d-diehla mistenni jinbeda' ix-xoghol fuq is-saqaf. Fl-istess hin mistenni jinbeda' x-xoghol fuq is-servizzi u l-finishes, sabiex il-kumpless jitlesta ghal bidu tas-sena 2003. |
| Waqt li ghaddej ix-xoghol fuq il-Kumpless, qieghdin | isiru diskussjonijiet ma' diversi Ministeri ohra sabiex il-progett ikun inkwadrat fil-progett kollu tal-Kottonera. It-triq li twassal ghall-entratura tal-Kumpless sejra tkun irrangata u minnha sejrin jghaddu s-servizzi godda mehtiega ghall-Progett tal-Kottonera. |
| Il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera ser jaghti | l-opportunita` lill-Assocazzjonijiet u entitajiet ta’ certu livell, biex ikabbru l-attivitajiet taghhom. Ghalhekk dan il-progett jikkordina tajjeb mal-Progett ghar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera, ghax jista’ jigi sfruttat ukoll mil-lat turistiku, fil-progett kollu tal-Kottonera. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN