Left arrow Go Back

STQARRIJA KONGUNTA BEJN ID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI CIVILI U D-DIPARTIMENT TAS-SAHHA: MISTHARRGA RAPPORTI DWAR ENVELOPES B’MATERJAL SUSPETTUZ

pr1541
Date Icon 22/10/2001
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili illum ircievaerba’ rapporti ta’ envelopes li kien fihom materjal suspettuz f’forma ta’ trab.
Ir-rapporti waslu mill-Ufficcju Postali ta’ RahalGdid, dak ta’ Hal Balzan u tal-Belt Valletta. Aktar tard matul il-gurnata wasal ukoll rapport simili mill-bini ta’ Super 1 TV fil-Marsa.
Il-gimgha li ghaddiet twaqqfet Task Forcemaghmula minn membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, di-Dipartiment tas-Sahha u l-Forzi Armati ta’ Malta, sabiex tkun tista’ tikkoordina pjan ta’ kontingenza f’eventwalità simili.
Malli dahlu l-ewwel rapporti, membri tad-Dipartimenttal-Protezzjoni Civili flimkien ma’ Ufficjali mid-Dipartiment tas-Sahha marru fl-Ufficcju Postali tal-Belt u ta’ Hal Balzan fejn permezz ta’ ilbies protettiv, dahlu fil-bini, elevaw l-envelopes li kellhom materjal suspettuz u baghtuhom fil-laboratorju tad-Dipartiment tas-Sahha biex il-kontenut taghhom jigi analizzat.
Il-membri tal-Protezzjoni Civili, iddekontaminaw ussigillaw iz-zoni fejn instabu l-envelopes imsemmija u l-impjegati kollha li setghu gew f’kuntatt mal-materjal suspettuz inghataw medicinali kontra l-anthrax bhala prekawzjoni.
L-istess procedura qeghda ssir fil-postijiet l-ohrajnminn fejn waslu r-rapporti dwar kazi simili.
Il-Korp tal-Pulizija, min-naha tieghu, qed jassistilid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili fejn ikun mehtieg.
Il-pubbliku huwa mheggeg biex icempel lid-Dipartimenttal-Protezzjoni Civili fuq in-numru 46 26 10 jekk ikollu xi suspett dwar kaz simili, u jinghata direttivi dwar x’ghandu jaghmel.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow