Stqarrija mill-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali dwar il-Kunsill Lokali tan-Naxxar
pr1504
17/10/2001
| Il-Ministeru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali jirreferi għall-kummenti | li għamel is-Sur Anġlu Xuereb, fl-imgħoddi Sindku tan-Naxxar, bi tweġiba għall-osservazzjoni li għamel il-Ministru Austin Gatt lill-Kunsill tan-Naxxar, għax dan neħħa l-iżbilanċ li ħalla l-Kunsill ta’ qablu. |
| Fil-qosor is-Sur Xuereb qiegħed jinsisti li | l-Kunsill tiegħu ma ħalliex żbilanċ u li iżda kien awtorizzat mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali jinjora l-fatt li fil-kontijiet tiegħu kellu ammont ta’ flus riservati għall-proġetti speċjali. |
| Qegħdin għalhekk nippubblikaw mill-ġdid estratt | mir-Rapport ta’ l-Awdituri Horwath (Malta) għas-sena finanzjarja tal-Kunsill Lokali Naxxar, li għalqet fil-31 ta’ Marzu 2000, dak inhar li spiċċa minn Sindku is-Sur Xuereb. |
| Mill-iStatement of Affairs tal-finanzi | tal-Kunsill, jidher ċar li l-Kunsill Lokali tan-Naxxar dak in-nhar kellu assi kurrenti li jammontaw għal Lm76,700; u kredituri li kienu jammontaw għal Lm89,242. Dan hu kjarament żbilanċ finanzjarju ta’ Lm12,542. |
| Is-Sur Xuereb m’hux korrett meta jimplika li biex | jikkalkula l-qagħda finanzjarja tiegħu jista’ jneħħi l-ammont li jidher taħt Special Needs Fund. Dan l-ammont jidher ukoll favur il-Kunsill Lokali fuq in-naħa ta’ l-assi tal-Kunsill, bħala flus fil-bank u għalhekk l-ammonti jikkanċellaw ’il xulxin. Dan il-fatt kien konfermat ukoll mill-Awdituri tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar. |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN