Left arrow Go Back

SKEMA TA' ASSISTENZA FINANZJARJA LIL GĦAQDIET MHUX GOVERNATTIVI

pr1497
Date Icon 15/10/2001


Ta' kull sena l-Ministeru għal Għawdex jagħti għajnuna finanzjarja lil diversi għaqdiet non-governattivi li jaħdmu fl-oqsma soċjali u edukattivi tal-gżira. Anke din is-sena l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jerġa' jniedi l-Iskema ta' Assistenza Finanzjarja lill-Għaqdiet mhux Governattivi u Gruppi ta' Volontarjat Għawdxin, jew li joffru servizz fil-gżira Għawdxija.

Dan sabiex is-settur tal-Volontarjat ikun jista' jtejjeb l-ħidma tiegħu u għaldaqstant isaħħaħ t-tessut soċjali Għawdxi. Matul is-sena li għaddiet kienu 83 għaqda differenti li bbenefikaw minn din l-iskema. Kull għaqda tista' tingħata grant sa massimu ta' Lm500.

L-applikazzjonijiet, li jibqgħu miftuħa sa nhar is-Sibt li ġej 20 t'Ottubru f'nofs in-nhar, jistgħu jinġabru miċ­Ċentru għall-Għaqdiet mhux Governattivi, Xewkija (Tel. 565492), jew mill-Ministeru għal Għawdex (Tel. 561482-5).

Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-istess Ċentru waqt il-ħinijiet normali tal-ftuħ (mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 7.30am - 8.30pm, is-Sibt: 7.30am - 1200pm).

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow