Left arrow Go Back

Kampanja ta` Tilqim Kontra l-Influwenza

pr1488
Date Icon 12/10/2001

Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jixtieq javza lill-pubbliku li l-vaccin kontra l-influwenza issa wasal u dawk kollha li huma intitolati ghal dan il-vaccin minhajr hlas, issa jistghu jmorru jitlaqqmu fid-diversi Centri tas-Sahha.

It-tilqim jista’jittiehed mic-Centri tas-Sahha, mit-Tnejn sal-Hadd kif ser jigi msemmi hawn taht:

  • Mill-klinika ta’ Servizz Nazzjonali ta’ Tilqim fic-Centri tas-Sahha tal-Furjana, Rabat, Mosta, Gzira, Bormla, Rahal Gdid, Qormi mit-Tnejn sas-Sibt, bejn 10.00a.m. u nofs in-nhar
  • Mic-Centru tas-Sahha ta` Birkirkara mit-Tnejn sas-Sibt, bejn 09.00a.m. u 11.00a.m.
  • Mic-Centri tas-Sahha tal-Furjana, Mosta, Rahal Gdid u l-Gzira, nhar ta` Hadd bejn 09.00a.m. u nofs in-nhar.

Id-Dipartiment jirrakkomanda li l-vaccin ghandu jittiehed minn:

  1. Persuni li huma rikoverati jew li jghixu f`istituzzjonijiet
  2. Persuni li ghandhom aktar minn 65 sena
  3. Persuni li jahdmu fil-qasam tas-sahha
  4. Persuni ta` kull eta` li jbatu minn: mard kroniku tal-Pulmun, mard kroniku tal-Qalb, mard kroniku tal-Fwied, mard kroniku tal-Kliewi, Azma kronika, Dijabete u Immunodeficenza

Dawk il-persuni li huma inkluzi f`xi wahda minn dawn il-kategoriji huma intitolati li jiehdu il-vaccin minghajr hlas fil-klinika/Centru tas-Sahha taghhom.

Il-publiku huwa mitlub jikkopera mad-Dipartiment billi jmur ghat-tilqim fil-hinijiet imsemmija, jiehdu maghhom il-Karta ta` l-Identità, u f`kaz ta` persuni li ghandhom inqas minn 65 sena u jbatu mill-mard kroniku msemmi, jiehdu wkoll certifikat ta` evidenza li qed ibatu minn dan il-mard.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow