CENTRU TA' MATUL IL-JUM GHALL-ANZJANI FIL-HAMRUN
Nhar il-Hadd, 21 ta' Ottubru, ic-Centru ta' matul il-Jum ghall-anzjani fil-Hamrun jghalaq sitt snin mill-ftuh tieghu.
Waqt attività socjali biex tfakkar dan l-avveniment, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor Antoine Mifsud Bonnici inawgura esibizzjoni ta' oggetti, kollha mahduma matul is-sena mill-anzjani nfushom, li jattendu dan ic-Centru ta' matul il-Jum fil-Hamrun. Dawn jikkonsistu fi crotchet, crafts, arkett, knitting, granutell, pittura fuq parcmina. etc.
Minbarra anzjani li jattendu d-diversi Centri ta' matul il-Jum tal-Gvern kienu prezenti wkoll studenti mill-iskola 'Tereza Nuzzo' tal-Hamrun, akkumpanjati mill-Headmistress Ms M. Mifsud. Dan ghaliex qed isir programm sabiex l-istudenti jattendu c-Centru ghall-Anzjani u l-anzjani mbaghad imorru l-iskola fejn ikunu jistghu jitghallmu u jahdmu xi xoghol ta’ l-idejn. Dr Antoine Mifsud Bonnici fahhar din l-inizjattiva ghax dan huwa ezempju car ta' kif noholqu Socjetà ghal Kull Età u aktar importanti - solidarjetà bejn il-generazzjonijiet. Huwa kompla jghid li attivitajiet bhal dawn jimmotivaw lill-anzjani biex ikunu nvoluti f'kull attività li jistghu jiehdu sehem fiha, jitghallmu jkunu aktar indipendenti u jibqghu jghixu fil-lokalità taghhom, u jikkontribwixxu aktar ghall-gid taghhom stess u tas-socjetà Maltija. Dan huwa l-iskop ewlieni tad-Day Centres ghall-anzjani.
Dr Mifsud Bonnici filwaqt li rringrazzja lil Headmistress Ms M. Mifsud u l-istudenti taghha ghall-koperazzjoni w l-interess taghhom, awgura li dan iservihom ta' gid ghall-futur taghhom, huwa heggeg ukoll lil anzjani biex ikunu ta' ispirazzjoni u jghaddu l-esperjenzi taghhom lil dawn iz-zaghzagh.
Din l-esibizzjoni ser tkun miftuha illum, il-Gimgha, mill-11.00a.m. sas-7.00 p.m., ghada s-Sibt u nhar il-Hadd mit-8.30 a.m. sa nofs in-nhar.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN