STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI: KONFERMA TAR-REKORD TAL-GVERN DWAR IL-HOLQIEN TA' L-IMPJIEGI
Ic-cifri riveduti pubblikati mill-Ufficcju Nazzjonali ta' l-Istatistika l-bierah, flimkien mal-konferenza ta' l-ahbarijiet li nghatat mill-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig ikomplu jiccertifikaw r-rekord ta' dan il-Gvern fil-holqien tal-impjiegi, filwaqt li juru bic-car li l-politika tal-Gvern f'dan il-qasam qed tirrendi r-rizultati bit-tnaqqis sostanzjali fir-rata tal-qghad.
Kif gie spjegat, l-ezercizzju li sar mill-ETC matul dawn l-ahhar tliet snin, kien wiehed massiv li jimmira biex pajjizna jkollu statistika li tirrifletti b'mod korrett kemm jista' jkun, dak li jkun qed isehh fil-qasam ta' l-impiegi f'Malta u Ghawdex. Il-Gvern immexi mill-Partit Laburista kien ghamel ezercizzju simili fil-1997, imma ghazel li jillimita r-revizjoni ghal perijodu mill-1994 sal-1997. Dan kien process zbilancjat ghaliex ma kkoregiex zbalji u diskrepanzi li kienu ilhom gejjin sa mill-1983.
Issa dan il-process tlesta u ghal darb' ohra c-cifri riveduti jkomplu jaghtu ragun lill-politika tal-Gvern u jikkundannaw bl-aktar mod qawwi l-politika addottata mill-Partit ta' l-Oppozizzjoni.
Ic-cifri pubblikati jgibu fid-deher id-differenza li tezisti bejn is-sentejn ta' Gvern immexxi mill-Partit Laburista u l-ewwel sentejn ta' Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista. Fil-fatt, fl-ewwel sentejn tal-Gvern prezenti gew mahluqa 3093-il impjieg, filwaqt li fi zmien is-sentejn ta' Gvern precedenti, l-impjiegi full-time naqsu b' 171. Dan ikompli jissahhah bil-fatt li matul l-istess perjodu, il-qghad zdied bi 11.8% fi zmien il-Gvern immexxi mill-Partit Laburista, filwaqt li r-rata tal-qghad naqset b'9% fl-ewwel sentejn ta' Gvern immexi mill-Partit Nazzjonalista. Sa x-xahar ta' Lulju ta' din is-sena, ir-rata tal-qghad nizlet bi 13.5% fi zmien dan il-Gvern.
Dan il-Gvern wkoll qieghed ikompli jsahhah il-politika tieghu kemm fuq livell ekonomiku, kif wkoll fuq dak socjali. Il-Gvern ihoss li l-kejl ta' politika ekonomika u socjali b'sahhitha jitqies mill-ammont ta' impjiegi li l-ekonomija tiggenera, filwaqt li jigu assorbiti dawk li qed ifittxu x-xoghol. Dan juri li x-xoghol li qed iwettaq il-Gvern sabiex jghin lil dawk li qed ifittxu mpjieg jiksbu l-hiliet necessarji ghall-htigijiet tad-dinja tax-xoghol qed ikun xoghol produttiv u ta' siwi ghal pajjiz u ghall-persuni nfushom.
Anki fil-qasam tas-settur privat, li huwa l-makna tal-ekonomija, saru successi kbar. Ic-cifri li gew pubblikati l-bierah juru illi s-settur privat holoq 4,365-il impjieg fl-ewwel sentejn tal-Gvern prezenti, tliet darbiet aktar minn dak li rnexxielu johloq il-Gvern precedenti bejn l-1996-1998. Anki l-qasam tal-kostruzzjoni kompla jespandi bi kwazi 700 impjieg, dan meta' fi zmien il-Gvern precedenti l-impjiegi f'dan is-settur naqsu bi kwazi 600.
Ic-cifri pubblikati ta' l-istatistika ta' din is-sena, juru li anki jekk l-ekonomija Maltija ghaddejja minn process qawwi ta' ristrutturar, flimkien ma' ghadd ta' fatturi ohrajn kagun ta' konsegwenzi negattivi fl-ekonomija globali, xorta wahda matul l-ewwel seba xhur ta' din is-sena, l-ekonomija Maltija iggenerat 932-il impjieg filwaqt li l-qghad nizel b'500 jew bi kwazi 7% ghal 4.7% tal-Labour Supply.
Dawn huma kollha sinjali pozittivi. Madanakollu, ir-rizorsi kollha tal-pajjiz ghandhom jibqghu mmirati biex inkomplu nzidu l-efficjenza u l-kompetittività specjalment f'dawn iz-zminijiet ta' sfidi godda u difficli minhabba s-sitwazzjoni internazzjonali li ghada qed tizviluppa.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN