Left arrow Go Back

IL-MINISTRU MICHAEL REFALO JINAWGURA L-FESTIVAL TA’ L-ISLA U WIRJA DWAR L-ISTORJA MARITTIMA TA’ L-ISLA

pr1442
Date Icon 05/10/2001
Meta fl-okkazjoni tal-ftuh tal-Festival ta’ l-Isla,il-Ministru ghat-Turizmu Michael Refalo inawgura wirja dwar l-istorja marittima Sengleana fil-Kazin tal-Banda Queens Own, l-Isla, hu stqarr li kien pjacir tieghu jinghaqad mal-poplu Senglean u mal-mistednin ghall-ewwel avveniment li qatt ittella’ mill-Awtorità tat-Turizmu fil-Belt Qatt Mirbuha, "Citta’ Invicta".
Il-Ministru tenna li kienet il-politika tal-Gvern,imhaddma mill-Awtorità, li t-tifsira u l-beneficci tat-turizmu jinfirxu ma’ kull rokna tal-Gzejjer Maltin. "Irridu sew lit-turisti kif ukoll lill-Maltin stess ikunu jafu lill-pajjizhom u l-istorja tieghu dejjem aktar."
Il-Ministru stqarr li fil-wirja hemm ezibit mudelltal-Forti San Mikiel. "Id-difiza qalbiena tal-Forti San Mikiel kienet grajja ewlenija li wasslet ghar-rebha ta’ l-Assedju l-Kbir. Ghajb li minnu m’ghad fadal xejn ghaliex tmenin sena ilu twaqqa’ biex jaghmel post ghall-bini ta’ skola tal-gvern, zgur kien ikun hafna ahjar kieku llum kien ikollna sew l-iskola kif ukoll il-Forti San Mikiel bhala tifkira hajja ta’ pagna glorjuza ta’ l-istorja ta’ Malta."
Il-Ministru Refalo fakkar li kien il-Forti San Mikiel,li s-swar tieghu gew imsahha minn flus il-Gran Mastru La Sengle li xpruna l-bini madwaru ta’ l-ewwel djar li jiffurmaw il-belt tal-lum.
L-isvilupp tal-belt lahaq il-quccata tieghu fis-sekliXVII u XVIII. F’dawk iz-zminijiet kienu hafna s-Sengleani li ghamlu isem ghall-belt taghhom u ghall-Malta bhala kaptani ta’ skejjen, ta’ bcejjec tal-bahar u negozjanti, l-aktar fil-qasam ta’ l-esportazzjoni tal-qoton u fil-kummerc madwar il-portijiet ta’ l-Italja u Spanja.
"Kienu hafna l-kaptani u n-negozjanti listaghnew b’rizultat tas-success fil-kummerc. Dan ir-risq irrifletta fl-isvilupp tal-belt taghhom bil-bini ta’ djar sbieh u bil-gid moghti lill-Knisja parrokjali."
Ghalkemm fil-lista ta’ bahhara ta’ isem, l-Islatghodd lill-fundatur tan-Navy Argentina Gwanni Battista Azzopardi, kien hemm ohrajn, bhal Antonio Caruana, imwieled l-Isla fl-1753, li siefer lejn Valencia fejn wara li fetah negozju ghall-bejgh ta’ drappijiet, tant kiber li sar industrijalist kbir u esportatur tat-tessuti sahansitra anki lejn Malta.
Il-Ministru fakkar li mill-Isla ma hargux bissbahhara u negozjanti, izda wkoll hafna personalitajiet ohra li ghamlu isem fil-professjonijiet, fil-letteratura u l-arti, kif ukoll tlett isqfijiet, l-Isqof Mattei, l-Isqof Gaffiero u, fi zminijietna stess, l-Isqof Emanuel Galea.
Fost is-Sengleani maghrufa ta’ min ifakkar l-istorikuKanonku Fortunato Panzavecchia, lill-Monsinjur Ignazio Panzavecchia wiehed mill-Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista, lil John J. Marks wiehed mill-fundaturi tal-Partit Laburista u tat-trejdunjonizmu Malti, u qabilhom lill-patrijott Giorgio Mitrovich.
Fl-oqsma tal-kultura u l-arti nsibu lill-pitturFrancesco Zahra, lill-iskultur Tommaso Madiona, kif ukoll il-kontemporanju taghna lil Erin Serracino Inglott, awtur tal-"Miklem Malti" u ta’ xoghlijiet ohra dwar l-ilsien Malti.
"Tassew il-poplu Senglean u l-poplu Malti,ghandhom tabilhaqq ikunu kburin bil-wild ta’ din il-Belt."
Il-Ministru, wara li fakkar u rringrazzja kull minghen biex jittella’ l-programm ghall-Festival ta’ l-Isla, qal li l-Festival hu wiehed minn sensiela ta’ attivitajiet li l-Ministeru tat-Turizmu u l-Awtorità qed jorganizzaw fix-xhur mhux tas-sajf biex iservu ta’ attrazzjoni fl-izjed zmien li jkollna bzonn turizmu.
L-Awtorità qed thejji kalendarju fuq medda ta’snin bil-quddiem u digà rnexxielha ddahhal xi attivitajiet fil-brochures ta’ tour operators ewlenin.
"Biex jittella dan il-festival l-Awtorità sabetl-appogg ta’ hafna ghaqdiet Sengleani u residenti ta’ l-Isla.
Filwaqt li nirringrazzjakom nittama li l-Festivaljigbed lejn din il-Belt l-interess u l-apprezzament tal-poplu Malti u tat-turisti."
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow