Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI

pr1404
Date Icon 28/09/2001
Il-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali jirreferi ghall-kummenti li ghamellill-Istampa s-Sindku ta’ Bormla, is-Sur Paul Muscat u l-aktar ghal dokument li qassam lill-Istampa fejn suppost wera kif l-izbilanc fil-fondi tal-Kunsill tieghu huma anqas gravi milli qalulu l-Awdituri tieghu.
Skond id-dokument li qassam is-Sur Paul Muscat,il-Kunsill Lokali ta’ Bormla fil-31 ta’ Awissu 2001 kien fi zbilanc ta’ Lm76,931. Dan ifisser li minn meta spiccat is-sena finanzjarja tal-Kunsill fil-31 ta’ Marzu 2001 (fuq liema zmien il-Gvern iddecieda li ma jghaddix propjetà lill-Kunsill ta’ Bormla), il-Kunsill Lokali ta’ Bormla immexxi mis-Sur Paul Muscat mhux talli ma kkontrollax b’xi mod l-izbilanc, talli ziedu, anke jekk maríinalment.
Hu ghal kollox zbaljat min-naha tas-Sur Paul Muscatli unilateralment inehhi Lm30,439 f’fondi specjali mis-Lm76,931 zbilanc. Is-somma ta’ Lm30,439 kienet allokata lill-Kunsill ta’ Bormla ghall-iskop preciz li jonfoqha biex imantni t-toroq tal-lokalità. Minflok il-Kunsill ta’ Bormla nefaq dawn il-flus li ghaddielu l-Gvern ghal dan l-ghan, fi skopijiet ohra. Hu ghalhekk li fil-kontijiet tal-Kunsill dak l-ammont jidher bhala kreditur, u m’hemm l-ebda raíuni ghalfejn is-Sur Paul Muscat jista’ jassumi d-dritt li jahfer lilu nnifsu dan l-ammont. Il-Kunsill ta’ Bormla nefaq is-somma ta’ Lm30,439 u ebda dokument li jikteb hu m’hu ser jibdel dan il-fatt.
Il-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali jistqarr lijista’ jaghmel decizjonijiet fuq kontijiet awditjati professjonalment, mhux fuq l-improvizazzjonijiet fis-somom li ghamel is-Sur Muscat. Izda anke li kieku wiehed kellu jiehu bhala fatt il-kalkoli li jiddikjara s-Sur Muscat jidher car li ghad s’issa m’ghamel ebda progress biex itaffi l-izbilanc fil-finanzi tieghu. Dan l-izbilanc isarraf xejn anqas minn 58% ta’ l-allokazzjoni finanzjarja ghal kull sena.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow