Left arrow Go Back

MESSAGG MILL-ONOR. DR. MICHAEL A. REFALO, MINISTRU TAT-TURISMU FL-OKKAZJONI TAL-JUM DINJI TAT-TURIZMU 2001

pr1386
Date Icon 27/09/2001
Bhal-lum, kull 27 ta' Settembru, hafna popli unazzjonijiet madwar id-dinja jiccelebraw bhalna l-Jum Dinji tat-Turizmu. Ilkoll li ahna mitlubin niffokaw l-attenzjoni taghna fuq hsieb maghzul mill-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turizmu.
Ghal din is-sena il-hsieb hu dan:- "It-turizmu:ghodda ta’ paci u djalogu fost ic-civiltajiet."
Kwart mill-ekonomija Maltija tistrih fuq il-kontributtal-industrija tat- turizmu. 20% tad-dhul tal-gvern jigi mit-turizmu. Wiehed minn kull tlitt Maltin li jahdmu bi qligh jaf hobzu ghat-turizmu.

Daqshekk hu importanti ghalina t-turizmu.

It-turizmu ghasfur li jitgerrex malajr. Li jibza' minn dellu. Industrija fragili li titkattar fil-paci u fid-dinja tal-holm. Izda wahda li tahrab u tistahba ma' l-ewwel hjiel ta' problemi u nkwiet.

It-turizmu industrija li tistaghna fil-paci. Industrija li tressaq il-gnus lejn xulxin, u twassalhom jifhmu lill-xulxin aktar u ahjar. Hu pont bejn il-gnus. Industrija li tisboq il-fruntieri tar-razez, tad-diversita' ta' twemmin, ta' kulturi u ta' civiltajiet.

F’din is-sena dedikata ghal paci u d-djalogu, id-WTOghazlet bhala logo xbiha ta' zewg hamimiet, b'wahda tghaddi lill-ohra fergha taz-zebbug b’sinjal ta' paci.
Izda fil-11 ta' Settembru, mis-smewwiet fuq New York,flok zewg hamimiet ta' paci, kienu zewg ajruplani li habtu u qerdu eluf ta’ innocenti. B'iehor iwettaq l-istess delitt f’Washington, waqt li sahansitra r-raba' iggarraf qabel ma' wasal ghal miri tieghu.
Dan kollu rajnih isehh f'lehha ta' berqa quddiemghajnejna,. Sensiela ta' atti terroristici li bidlu l-mod kif nghixu, bidlu l-mod kif nahsbu, u hakmu t-tamiet ta' gnus shah. Atti terroristici li f’kolp wiehed ferew serjament it-turizmu, din l-akbar industrija taz-zminijiet moderni.
Gara li bassarna. Dak li stennejna. In-nies qedizzomm lura mis-safar. Il-linji tal-ajru naqsu t-titjiriet u ssensjaw mijiet ta' eluf. Ohrajn fallew. Zdied il-prezz taz-zejt u tal-assikurazzjoni. Ghola l-prezz tal-ivvjaggar. Ghal hafna sar riskju. Ghal ohrajn ma baqghax pjacir.
Grajjiet li ghalkemm sehhu `l boghod minna, hassejnau, ghal xi zmien, ser inkomplu nhossu l-eku tal-krizi li faqqghet.
S'issa thassru ghadd ta' laqghat u konferenzi likellhom isiru Malta. Dan ifisser telf mhux zghir ghall-pajjiz. Uhud li kienu gejjin fostna regghu hasbuha. Min ippospona l-vjagg. Min ikkancellah.
M’ahniex godda ghal sitwazzjoni bhal din. Hi qaghdali ghaddejna minna ghaxar snin ilu fi zmien il-Gwerra tal-Golf. Gwerra li ghalkemm konna eluf ta' kilometri boghod mill-kamp tal-battalja, batejna daqs kemm kieku kienet qed tigi miggielda kantuniera boghod.
Bhal ghaxar snin ilu, din id-darba wkoll, l-Awtorita’tat-Turizmu u l-Air Malta, stharrgu kif Malta tista’ teghleb sfida mhux mistennija f’sena li ga’ ma kienetx wahda facli ghat-turizmu.
Dak li jigri fit-turizmu ma jolqotx biss lill-AirMalta u lill-ghaqdiet imsiehbin fl-Awtorita' tat-Turizmu. L-effetti jinfirxu ma' kull attivita' ekonomika. Qishom bicciet tad-domino. Jew izommu sodi, bicca ma' ohra, f'binja shiha, jew inkella, hekk kif ticcaqlaq bicca, ikun hemm riskju li jaqghu kollha.
Hu ghalhekk li ghad-diehla sejjaht laqgha u stedintlir-rapprezentanti tal-imsiehbin socjali biex flimkien mal-Air Malta u mal-Awtorita' nikkonsultaw maghhom u ngharblu l-fehmiet taghhom. Irridu nistharrgu wkoll, kif irnexxielna ghaxar snin ilu, li nohorgu mill-isfida tal-lum b'aktar sahha, b'izjed hegga u energija.
Hekk kif l-industrija tat-turizmu tistaghna fil-paciizda titgerrex mill-gwerer u mill-inkwiet, hekk ukoll it-turist, tista' tirbhu bl-ghaqal u billi taghtih is-servizz imwieghed, waqt li tbeghdu b'imgieba hazina u b’nuqqas ta' ospitalita'.

Ighidu x’jghidu, ahna l-Maltin ghadna poplu dhuli. Izda hemm fostna uhud li b'ghemilhom qedm jaghtuna isem hazin. Ghemil li jeqred it-tajjeb kollu li twettaq il-maggoranza.

Daqstant iehor ahna poplu li jhobb lill-pajjizu. Kburi bil-wirt kulturali tieghu u b'dak li hu Malti.

Ghajb ghalhekk li hemm fostna min b’ghemilhu jgharraq, ihammeg u jaghmel herba minn pajjizna.

Id-djalogu mhuwiex biss process ta’ bejn il-gnus. Mehtieg ukoll mal-gheruq tal-poplu Malti. Bejn persuna u ohra. Bl-ezempju u t-taghlim, izda wkoll, fejn misthoqq, b’mezzi iehor.

Bhas-snin li gew qabilha, anki l-2001, qed tikteb l-istorjataghha. Min qatt ma bassar it-tragedja li sehhet l-Amerika? Jew l-isfregju ta’ Hagar Qim? Jew l-atti ohra ta’ sabutagg? U l-hsara li saret b’tghawwig ta’ fatti fuq il-mezzi tax-xandir barranin?
L-appell tieghi l-lejla hu li nsegwu t-taghlimatal-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turizmu. Inkomplu nfittxu t-triq tal-paci fostna u madwarna, paci mibnija fuq djalogu bejnietna u bejn ic-civiltajiet.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow