Left arrow Go Back

IL-GRUPPI SPEĊJALIZZATI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-KURRIKULU NAZZJONALI: ESTENZJONI TAD-DATA GĦAL APPLIKAZZJONIJIET

pr1383
Date Icon 27/09/2001

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu laqa' b'sodisfazzjon it-tweġiba tajba ħafna li kien hemm għas-sejħa li għamel il-Kunsill għal applikazzjonijiet minn dawk li jixtiequ jservu bħala membri fuq is-sittax-il Grupp Speċjalizzat li se jitwaqqfu għall-implimentazzjoni tal-Kurrikulu. Sa meta għalqet din is-sejħa, f'nofs in-nhar tat-Tlieta, 25 ta' Settembru, kienu daħlu 178 applikazzjoni fuq il-firxa sħiħa tas-sittax-il Grupp Speċjalizzat u minn setturi varji sewwa minn ġewwa, kif ukoll minn barra l-qasam edukattiv.

Wara talbiet li sarulu minn xi skejjel, kif ukoll mill-Unjoni ta' l-Għalliema, il-Kunsill tal-Kurrikulu qiegħed jestendi ż-żmien li fih persuni interessati jistgħu japplikaw biex ikunu membri tal-Gruppi Speċjalizzati.

Dawn l-applikazzjonijiet issa jagħlqu nhar il-Ġimgħa, 5 ta' Ottubru fil-ħamsa (5.00p.m.) ta' filgħaxija u għandhom jintbagħtu lis-Segretarju, Kunsill Nazzjonali Kurrikulu, Ċentru tal-Kurrikulu, il-Mall, Floriana, Tel/Fax: 248692 u e-mail: joseph.psaila@magnet.mt.

Il-Kunsill javża wkoll li issa ġie stabbilit li l-ħlas għal xogħol fil-Gruppi Speċjalizzati se jkun ta' Lm 5 is-siegħa għall-membri u Lm 6 is-siegħa għaċ-Chairperson.

Iktar tagħrif dwar in-natura, ix-xogħol u r-responsabbiltajiet tal-Gruppi Speċjalizzati jista' jinkisebĠ

1. Miċ-Ċirkolarijiet DCM 39/2001 u DCM 51/2001 tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni

2. Mill-Gazzetta tal-Gvern tat-2 ta' Ottubru 2001

3. Mill-website tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni: http://www.education.gov.mt

4. Mill-website tad-Dipartiment tal-Kurrikulu: http://curric.magnet.mt

5. Mingħand is-Segretarju, Kunsill Nazzjonali Kurrikulu: Tel/Fax: 248692

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow