Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. EDWIN VASSALLO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI FL-OKKAZJONI TAT-TNEDIJA TAL-GIMGHA TA’ ATTIVITAJIET GHAS-SETTUR KUMMERCJALI FIL-KOMUNITÀ

pr1369
Date Icon 25/09/2001

Ic-cirkustanzi tal-lum huma li n-numru ta’ operaturi fin-negozju qieghed jizdied. Gie rrapportat li kien hemm zieda ta’ Lm5.2 miljun fin-nefqa tal-kunsumatur, 4.5% zieda fil-bejgh tas-settur bl-ingrossa u bl-imnut, 222 zieda fl-impjiegi tal-bejgh ta’ dawn l-istess setturi sas-sena li spiccat f’Marzu 2001 fuq l-istess perjodu tas-sena ta’qabel.

Il-fatt li fis-suq taghna l-kompetizzjoni qed tihrax kontinwament ghaliex in-numru ta’ operaturi tan-negozji qeghdin jizdiedu, dan jixhed l-izvilupp ta’ l-ekonomija li pajjizna ghaddej minnu. Il-kompetizzjoni però qed tohloq sfidi partikolari ghal min qieghed fin-negozju, ghaliex bil-kompetizzjoni xejn ma jibqa’ daqshekk komdu. Din il-preokkupazzjoni ta’ l-imprendituri, rizultat ta’ dan l-izvilupp fuq livell nazzjonali, kienet il-kawza ta’ decizjoni li nimplimentaw hidma li tinkludi diversi inizjattivi li ser ikunu qeghdin jinhadmu proprju f’din ir-raba’ sena ta’ hidma tal-Gvern.

L-impenn tal-Gvern huwa li jizviluppa politika imprenditorjali li ghandha tghin biex dan l-izvilupp ekonomiku jwassal biex filwaqt li jkabbar il-livell tal-gid nazzjonali, iwassal ukoll biex kull imprenditur ikollu l-izvilupp tan-negozju tieghu li jkun qieghed jahdem ghalih. Dan iwassalna nitfghu l-attenzjoni taghna fuq l-individwu li qieghed fin-negozju u bhala Gvern, naraw kif nistghu nkunu ta’ l-ahjar servizz ghalih. Hekk naslu li mill-kompetizzjoni li qed tikber fost is-settur imprenditorjali, inkabbru wkoll l-attività ekonomika ta’ pajjizna.

Hekk ser nippubblikaw il-Pjan ta’ Hidma ghas-Segretarjat tieghi li ser ikun implimentat bejn u minn diversi Dipartimenti u Entitajiet. Ghal din ir-raguni, numru ta’ inizjattivi ser jithabbru fil-granet li gejjin, li kollha ser ikollhom ghan wiehed: "Negozji Sostenibbli" li ser ikollu fost l-ohrajn dawn it-temi:

  1. il-publikazzjoni ta’ White Paper "Entrepreneurship Policy for the Maltese Islands’
  2. il-publikazzjoni ta’ Pjan ta’ Hidma tal-Kunsill Malti ghall-Artigjanat.
  3. inzjattivi ohrajn li ser inkunu qeghdin inhabbru aktar ’il quddiem.

Kollha ghandhom jixhdu l-impenn ta’ hidma li ghandha twassal biex nghinu in-negozji zghar u kbar taghna jkunu negozji sostenibbli.

L-inizjattiva li qeghdin inhabbru llum hi bil-hsieb li nkomplu niffukaw fuq hidma burokratika li ghandha tghin biex twassal lejn "Negozji Sostenibbli" permezz ta’ zvilupp ta’ Support Service. Servizz ta’ ghajnuna, biex permezz tal-hidma tal-burokrazija governattiva nimpenjaw hidma li tiffoka biex taghmel il-hajja facli ghal min qieghed fin-negozju.

F’dawn it-tliet snin li ghaddew hdimt biex nara li fil-burokrazija tal-Gvern ikollna strutturi li joffru hidma ta’ servizz ghal min qieghed jahdem ghal rasu fin-negozju. Illum nista' nghid li wasalna biex wara hidma kontinwa rnexxielna norganizzaw id-Divizjoni ghall-Kummerc (Commerce Division) li qed tghaqqad flimkien f’hidma ta’ sinergija bejn diversi Dipartimenti, li filwaqt li kienu jahdmu separatament minn xulxin, kellhom ukoll rwol regolatur fuq is-settur kummercjali.

Bl-organizzazzjoni tad-Divizjoni tal-Kummerc issa ghamilna bidla importanti li bidlet ghal kollox l-iskop tal-hidma ta’ dawn id-Dipartimenti. Mhux izjed bl-iskop li jkunu Dipartimenti li jirregolaw l-attività kummercjali; izda Dipartimenti li flimkien jahdmu biex jipprovdu servizz ta’ ghajnuna ghal min qieghed fil-kummerc.

L-impenn tad-Divizjoni ghall-Kummerc huwa li tqanqal Dipartimenti u Awtoritajiet ohrajn biex jaghmlu l-hajja facli ghal min qieghed fil-kummerc.

Biex nintroducu l-hidma ta’ ghajnuna ghalikom li qeghdin fil-kummerc, qed norganizzaw programm ta’ attivitajiet li qed jissejjah: Gimgha ta’ Attivitajiet ghas-Settur Kummercjali fil-Komunità.

Dawn l-attivitajiet gew mahsuba biex nintroducu dawn is-servizzi li qeghdin joffru dawn id-dipartimenti. Ser ikollna ufficjali minn dawn id-Dipartimenti li ser ikunu qeghdin jaghmlu kull ma jistghu biex jiltaqghu u jitkellmu dwar x’servizzi qeghdin joffru lill-komunità kummercjali.

Din il-gimgha ta’ attivitajiet fil-komunità, ser tkun organizzata bl-iskop li naraw li jkollna l-opportunità li nintroducu mill-qrib il-hidma tad-Divizjoni tal-Kummerc b’dawn l-attivitajiet:

il-Kunsill Malti ghall-Artigjanat li ghandu jkun ta’ interess kemm ghal dawk li huma Artigjani, kif ukoll dawk li qeghdin fil-kummerc li jbieghu prodotti artigjanali bhal ma huma souvenirs u prodotti ohra ta’ natura artigjanali. Ser naghtu attenzjoni partikolari ghall-ezercizzju ta’ registrazzjoni kemm ghall-Artigjani kif ukoll ghall-Imprendituri.

l-Ufficcju ghall-Intraprizi z-Zghar u Artigjanat, maghruf ukoll bhala SmallBusiness Unit, ser ikun qieghed jorganizza laqghat mahsuba biex joffrulna okkazjoni li nitkellmu dwar x’cirkustanzi qeghdin joholqu diffikultajiet ghan-negozji li qeghdin fil-kummerc. Is-suggett tal-laqghat ser ikun "is-simplifikazzjoni ta’ proceduri".

l-Ufficcju ghall-Proprjetà Intelletwali (I.P.O.) li ser jintroducikom mal-hidma tieghu li ghandha tghinkom tifhmu wkoll aktar il-htiega li jkollkom l-isem tan-negozju registrat.

Hekk ukoll id-Dipartiment ghas-Servizzi Kummecjali li ser ikun id-Dipartiment li johrog il-licenzji tan-negozju li ser ikun ukoll qed jaghti l-informazzjoni dwar il-process gdid fil-hrug tal-licenzji.

Huwa wkoll mahsub li nitkellmu flimkien dwar il-htiega ta’ l-E-Commerce u n-negozju.

Dawn l-attivitajiet ghalhekk huma mahsuba biex is-settur kummercjali jkun jaf aktar dwar is-servizz li dawn id-Dipartimenti qeghdin joffru.

Nawgura li permezz ta’ din l-inizjattiva, l-ufficjali li jahdmu f’dawn id-Dipartimenti migbura fid-Divizjoni ghall-Kummerc jiltaghu u jmissu b’idejhom stess l-esperjenzi ta’ l-imprendituri. Il-hidma organizzattiva issa ntemmet, jonqos li l-imprendituri jaghrfu jirresponsabilizzaw lilhom infushom u wkoll lil dawn l-ufficjali li qeghdin fid-Dipartimenti biex ikunu ta’ servizz ghalihom.

Din il-hidma tixhed l-impenn tal-Gvern biex il-konsultazzjoni mas-settur imprenditorjali tkun l-ordni tal-gurnata u l-prijorità f’hidma li ghandha twassal biex ikollna "Negozji Sostenibbli".

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow