Left arrow Go Back

NAGĦTU L-BELT LURA LILL-PUBBLIKU

pr1360
Date Icon 20/09/2001

Nhar is-Sibt 22 ta’ Settembru, Malta se tingħaqad ma’ pajjiżi oħra Ewropej biex tosserva jum bla karrozzi fil-belt Valletta. F’dan il-jum, it-toroq u l-pjazez tal-belt Valletta se jingħataw lura lill-pubblika.

Se jkunu organizzati attivitajiet fil-pjazez ewlenin biex dawk li jidħlu l-belt igawdu l-belt kapitali mingħajr vetturi. L-attivitajiet jinkludu: programm mill-banda tal-Pulizija, wirjiet minn animators fit-toroq ewlenin u l-kor tal-YMCA. It-team ta’ ‘Xarabanc’ se jkun fit-toroq tal-Belt, jieħdu l-opinjonijiet tal-pubbliku dwar il-ġurnata. Biex dan il-jum ikun ta’ suċċess fost il-ġenerazzjoni l-ġdida, se jitqassmu bżieżaq u stickers lit-tfal.

Dan għandu jkun ukoll jum tajjeb għas-settur tan-negozju, minħabba li hu mistenni li aktar nies jidhlu jgawdu l-Belt u jagħmlu x-xiri taghhom. Il-Monti se jkun armat bħas-soltu. F’dan il-jum, il-Pulizija se taghlaq l-aċċess kollu għall-Belt għall-karrozzi privati. Taxis, privates u karrozzini se jibqgħu jiċċirkulaw fil-Belt. Dan japplika wkoll għal ambulanzi u vetturi li jagħtu servizzi essenzjali.

Biex il-pubbliku jasal il-Belt se jkun hemm facilita’ ta’ parking fil-Blata l-Bajda, minn fejn se jiġi pprovdut servizz lejn il-Belt bil-karrozzi tal-linja bi prezz baxx.

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech se jaqsam bil-lanca minn tas-Sliema ghal Marsamxett, fejn se jiltaqa’ mas-Sindku tal-Belt Valletta Paul Borg Olivier, fil-11.10 am, biex flimkien iduru t-toroq tal-Belt u jsegwu l-attivitajiet li jkunu qed isiru.

Nhar is-Sibt 22 ta’ Settembru se jkun organizzat ir-riċeviment annwali li jsir Kastilja biex ifakkar Jum l-Indipendenza. Għal din l-okkażżjoni l-karrozzi se jipparkjaw fil-Foss ta’ San Ġakbu u l-mistiedna, jew jitilgħu bil-mixi sa Kastilja jew jużaw servizz ta’ trasport pubbliku li se jkun provdut apposta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow