Left arrow Go Back

"NORTH WEST LOCAL PLAN" - SENSIELA TA’ LAQGHAT GHAS-SETTUR KUMMERĊJALI

pr1341
Date Icon 17/09/2001

Is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi jixtieq jinforma lil kull min hu nteressat li l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar ippubblikat rapport magħruf bħala "North West Local Plan", li joffri linji ta’ gwida li jiddeterminaw xi żvilupp għandu jsir u kif isir.

Dan ir-rapport huwa wieħed konsultattiv. Għalhekk l-Awtorita’ qed tistenna l-kummenti tal-pubbliku biex wara li tisma’ dawn il-kummenti tkun tista’ tippubblika r-rapport finali tagħha li jkun magħruf mill-Gvern bħala linji ta’ gwida għall-iżvilupp.

Għalhekk issa huwa l-waqt li wieħed jara sewwa dawn il-proposti ta’ l-Awtorita’ tal-Ippjanar. Din hija opportunita’ fejn wieħed jista’ joffri s-suġġerimenti tiegħu qabel ma r-rapport isir finali u jkun jorbot lill-istess Awtorita’ ta’ l-Ippjanar, biex tiddeċiedi l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp. Fil-ġejjieni, x’jista’ jkun żviluppat u kif ikun żviluppat ser ikun determinat minn dan id-dokument.

Dan ifisser li din l-opportunita’ ta’ konsultazzjoni m’għandhiex titwarrab, għaliex meta jgħaddi ż-żmien tagħha jkun tard wisq. Għal dan il-għan, ser ikunu organizzati laqgħat ta’ konsultazzjoni pubblika mas-setturi kummerċjali tal-komunitajiet, biex flimkien mal-Kunsilli Lokali rispettivi u l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar, jigu diskussi l-proposti ta’ l-istess Awtorita’ dwar xi żvilupp tistenna li jsir u xi żvilupp mhux ser ikun aċċettat fid-diversi lokalitajiet. Id-dati, il-post u l-ħin tal-laqgħat huwa kif ġej:


Data - Post
Ħin  - Lokalitajiet mistiedna

20 Sett. 2001 - Kunsill Lokali Qrendi
2.00pm - Wied iż-Żurrieq

24 Sett. 2001 - Kunsill Lokali Naxxar
2.00pm - Area Ta’ Alla w Ommu

25 Sett. 2001 - Kunsill Lokali Mġarr
2.00pm - Mġarr,Żebbiegħ,Ġnejna Bay.

26 Sett. 2001 - Kunsill Lokali Rabat
2.00pm - Rabat,Mdina,Mtarfa,Dingli, Buskett.

26 Sett. 2001 
Post u ħin imħabra aktar tard
Rural Żebbuġ,Qrendi, Siġġiewi

27 Sett. 2001 - Skola Primarja S. Pawl il-Baħar
2.00pm - San Pawl il-Baħar

28 Sett. 2001 - Kunsill Lokali Mellieħa
2.00pm - Mellieħa, Għajn Tuffieħa


L-iSmall Business Unit li ser tikkordina dawn il-laqgħat huwa d-dipartiment li ġie mwaqqaf apposta biex jara li leħen ta’ min qiegħed fil-kummerċ jinstema u s-settur kummerċjali jkun iżjed organizzat. Dawn il-laqgħat qed isiru biex kull min hu nteressat ikollu l-opportunita’ li jisma’ x’qed ikun ippjanat kif ukoll ikollu l-opportunita’ li jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-proposti ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar.

Kullhadd hu mitlub li jattendi u jieħu sehem. Wara dawn il-laqgħat, l-Small Business Unit ser tippubblika rapport mibni fuq il-kummenti magħmula u tgħaddih lill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li jistenna li jara lill-komunita’ kummercjali tippartecipa f’dawn il-laqgħat. "Issa nistgħu nitkellmu, ’il quddiem ikun tard wisq u dak li jkun aċċettat isir regola. Aħjar nitkellmu issa milli meta jkun tard wisq".

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow