PROPRJETÀ TAL-GVERN TINGĦATA LID-DJOĊESI T'GĦAWDEX BI TPARTIT
pr1334
14/09/2001
Il-Gvern, permezz ta' l-Uffiċċju Konġunt, ta l-kunsens tiegħu sabiex art proprjetà tal-Gvern f'Victoria, Għawdex, tingħata lid-Djoċesi ta' Għawdex, bi tpartit ma' art oħra tal-Knisja f'Sannat. It-tpartit sar bis-saħħa tal-Ftehim ta' l-1991 bejn is-Santa Sede u l-Gvern Malti fejn il-Gvern jista', bi tpartit, jikkonċedi art tal-Gvern lill-Knisja, meta din tkun trid takkwista art għal skop pastorali.
Il-Katidral t'Għawdex ilu jitlob din l-art bil-ħsieb li ssir applikazzjoni għal użu ta' parkeġġ għall-persuni li jattendu għas-servizzi liturġiċi fil-Katidral t'Għawdex.
Ir-rieda tajba li ntweriet miż-żewġ naħat wasslet sabiex seta' jsir dan il-ftehim għal tpartit
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN