MEMBRU PARLAMENTARI MALTI JATTENDI LAQGHA TAL-KUMITAT TA’ L-AMBJENT U L-AGRIKOLTURA FI HDAN IL-KUNSILL TA’ L-EWROPA
pr1312
10/09/2001
Id-Deputat Parlamentari l-Onor Francis Agius, membru tal-Kumitat ta' l-Ambjent u l-Agrikultura fi ħdan il-Kunsill ta' l-Ewropa, se jattendi laqgħa ta' l-istess Kumitat li se ssir f’Umea, l-Isvezja bejn it-13 u l-15 ta' Settembru 2001.
Fost is-suġġetti li se jkunu diskussi hemm il-Kyoto Protocol dwar it-tibdil fil-klima, is-sajd fl-ibhra Ewropej, l-Ekonomija Dinjija u l-OECD, u l-immaniggjar tal-foresti. Se jsir ukoll Colloquy, taht il-Presidenza tal-Parlament Svediż, fuq l-produzzjoni ta' l-ikel u l-foresti fil-postijiet Artici.
L-Onor Agius huwa Membru Permanenti tad-delegazzjoni Maltija u ċ-Chairman tas-Sotto Kumitat dwar l-Agrikultura u s-Sajd tal-Kunsill ta' l-Ewropa.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN