Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD DWAR IR-RIABILITAZZJONI TA' CHADWICK LAKES

pr1308
Date Icon 07/09/2001


B'riferenza ghal diversi stqarrijiet mahruga mill-kelliem ewlieni ta' l-Oppozizzjoni ghall-biedja, l-Onor Noel Farrugia, mhux minnu li l-Gvern abbanduna l-progett ta' riabilitazzjoni ta' Chadwick Lakes. 

It-tkomplija tal-progett tinsab wieqfa peress li ghadhom ma nhargux il-permessi mehtiega mill-Awtorità ta' l-Ippjanar, li min-naha taghha qed tipproponi xi tibdil fl-ezekuzzjoni tal-progett. Dwar it-tibdil propost, qed isiru diskussjonijiet bejn id-dipartiment koncernat u l-Awtorità. 

Barra minn hekk, id-Dipartiment tal-Biedja bhalissa ghaddej bil-process biex tinhareg sejha ghal offerti halli jitkompla x-xoghol fuq hajt gholi li kien inbeda fl-inhawi tal-pont ta' Slampa.

Ta' min isemmi wkoll li, fis-sentejn li ghaddew, id-Dipartiment tal-Biedja ha hsieb li qabel ix-xitwa jnaddaf id-diegi li hemm fil-bidu tal-progett fin-naha tal-Fiddien min-naqal li jkun ingema' matul ix-xitwa ta' qabel, biex b'hekk jipprotegi l-progett milli jerga' jimtela' bil-materjal.

Dan kollu juri kemm, kontrarjament ghall-impressjoni li jipprova jaghti l-kelliem ta' l-Oppozizzjoni, il-Gvern ghadu kommess li jkompli dan il-progett

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow