Left arrow Go Back

L--ABBUŻI TAL-FTIT JAGĦTU ISEM ĦAŻIN LILL-MAĠĠORANZA - IL-MINISTRU GĦALL-AMBJENT DWAR IL-KAĊĊA U L-INSIB

pr1291
Date Icon 05/09/2001

Meta ndirizza Konferenza ta’ l-ahbarijiet fil-Gonna tal-Buskett fl-okkazjoni tal-ftuh tal-istagun tal-kacca, il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech fakkar li s-sena l-oħra twaqqaf l-Environment Monitoring Board, b’rappreżentanza ta’ Birdlife Malta, il-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti, id-Dipartiment għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent, il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Pulizija. Hu qal li dan il-bord ħadem biex jara xi tkun l-aħjar strateġija ħalli jkunu miġġielda abbużi kontra r-regolamenti dwar il-kaċċa.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li kienet il-fehma tiegħu li l-kaċċa u l-insib illegali kienu qed jagħmlu isem ħażin lill-kaċċaturi u n-nassaba. Hu qal li ried jagħmilha ċara li l-abbużi ma jsirux minn kulħadd, iżda li kien għad fadal ħafna xogħol x’isir biex is-sitwazzjoni tkun waħda aċċettabbli. Hu qal li rridu naslu għal sitwazzjoni fejn il-kaċċa li tkun ipprattikata, tkun dik permissibli skond ir-regolamenti.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li bejn Jannar u Awissu ta’ din is-sena kien hemm

133 każ mressqa mill-Pulizija rigward kaċċa illegali fuq l-art;

15-il każ rigward kaċċa fuq il-baħar;

35 każ rigward insib illegali;

inġabru 67 senter;

fis-sena 2000, in-numru ta’ każijiet ta’ persuni mressqa l-Qorti dwar kaċċa jew insib illegali ammonta għal 320.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li wieħed kien jistenna li dawn iċ-ċifri jonqsu u mhux jiżdiedu għax l-iskop ta’ l-Environment Monitoring Board hu li jkun hawn deterrent għal min jabbuża. Qal li kien jemmen li l-maġġoranza tal-kaċċaturi u nassaba jirrispettaw ir-regolamenti u għalhekk kien qed jitlob lil kulħadd biex jikkopera biex ma jkunx hawn aktar każjiet ta’ min jabbuża.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech ta statistika oħra li turi kemm verament qed jaħdem l-infurzar. Hu qal li minn ċifri miġbura minn Birdlife Malta, l-għasafar tal-priża li ġew irrapurtati li passew fuq il-Buskett f’Settembru kienu jammontaw għal 3,500. Barra minn hekk, din is-sena fir-riserva ta’ l-Għadira u s-Simar kien hemm numru mdaqqas ta’ għasafar li għamlu l-bejta tagħhom, fosthom għasafar li qabel ma kenux ibejtu f’Malta. L-iskop tal-Gvern hu li jara li jkun hawn sitwazzjoni sostenibbli fejn ikun hawn spazju għall-kacca u l-insib, u fl-istess waqt ikun hawn ħarsien ambjentali.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-Environment Monitoring Board qed jaħdem attivament biex ikun hawn ġbir komplet tal-carnet de chasse; u li dan kien qed isir permezz ta’ għaqdiet rikonoxxuti.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li ried jieħu l-opportunita’ biex jirringrazzja l-għaqdiet li għenu biex jintlaħqu dawn il-miri. Hu rringrazzja wkoll lill-Administrative Law Enforcement, taqsima fi ħdan il-Pulizija, u lill-Forzi Armati għad-determinazzjoni u d-dedikazzjoni tagħhom.


Figuri dwar ksur ta’ liġijiet dwar kaċċa u nsib isegwu:

Ksur ta’ liġijiet dwar kaċċa u nsib (bejn Jannar u April 2001)


Deskrizzjoni tal-ksur ta’ liġi  - Numru ta’ każi

Qbid ta’ speċi protetti - 601

Numru ta’ persuni li nqabdu jiksru r-regolamenti tal-kaċċa u l-insib

fuq l-art u l-baħar - 140

Numru ta’ persuni li nqabdu jikkaċċjaw jew jonsbu f’inħawi indikati bħala

Riserva Naturali  - 7

Snieter maqbuda - 49

Persuni mtella’ l-Qorti u li nstabu ħatja - 59

Multi mposti mill-Qorti lil dawn il-59 persuna - Lm3,945

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow