TFAL GĦAWDXIN LI JATTENDU SKOLASAJF IŻURU LILLANZJANI F' DARHOM U FIDDAY CENTRE
Bħala parti minn kampanja edukattiva dwar irrwol u listil ta' ħajja ta' lanzjani Għawdxin, ilkumitat tattmexxija taċĊentru ta' matul ilJum ta' lanzjani f'Għajnsielem, flimkien ma' dak tasservizz talMeals on Wheels f'Għawdex, organizzaw żjarat fejn tfal milliskejjel primarja li qed jattendu Skolasajf, żaru lillanzjani fi djarhom kif ukoll fidDay Centre.
Din ilkampanja, li ġiet organizzata matul ġimgħatejn blgħajnuna tadDipartiment ta' lEdukazzjoni f'Għawdex, kellha lgħan li tqarreb lil tfal ta' etajiet żgħar, minn seba' sa għaxar snin, ma' lanzjani.
Din ilkampanja kienet tikkonsisti f'żewġ attivitajiet komplementari; flewwel attività, tfal akkompanjati millgħalliema tagħhom, segwew ilvettura li tqassam ilMeals on Wheels lillanzjani fi djarhom u kienu huma li ħabbtu lbibien ta' lanzjani u qassmulhom likel. Dan ilġest intlaqa' bi tbissima millanzjani li kellhom kunsinna mhux tassoltu. IsServizz talPlatt Sħun ġie ntrodott f'Għawdex għallewwel darba fl1999 permezz ta' kollaborazzjoni bejn ilMinisteru għal Għawdex, ilĦbieb talMorda u lAnzjani u lMoviment Azzjoni Soċjali.
It-tieni attività kienet bbażata fidDay Centre f'Għajnsielem, ċentru li nfetaħ uffiċjalment f'Mejju tal1999 bi qbil bejn ilMinisteru għal Għawdex, ħdaxil Kunsill Lokali u lKurja f'Għawdex. Iżżjarat tattfal f'dan iċĊentru ġew organizzati sabiex ittfal u lanzjani jkunu millistess raħal. B'hekk, kienu bosta dawk ittfal li matul iżżjara tagħhom iltaqgħu mannanniet, zijiet, ħbieb u ġirien. Saru diskussjonijiet bejn ilgruppi tażżewġ etajiet dwar listili ta' ħajja flirħula partikolari matul ittfulija ta' lanzjani u llum. Minn fost ilmitejn tifel u tifla li żaru ċĊentru matul dawn laħħar ġimgħatejn, kienu ħafna dawk li għażlu li jakkompanjaw lillanzjani qraba tagħhom lura lejn djarhom wara li spiċċat din lattività.
Dan iċĊentru ta' matul iljum jilqa' fiħ madwar mija u ħamsin persuna anzjana filġimgħa. Lanzjani li jiffrekwentaw iċĊentru jattendu għallkonċelebrazzjoni talQuddiesa, jieħdu lkolazzjoni, jqattgħu ħin liberu flimkien, jagħmlu użu minn servizz ta' tobba u podoloġi, kif ukoll ta' hairdresser. Ilkumitat ta' tmexxija taċĊentru flimkien ma' luffiċċjal inkarigat jorganizzaw diskussjonijiet fuq suġġetti varji u ħarġiet għallanzjani, kemm f'Għawdex kif ukoll f'Malta. Darba fissena jiġi organizzat tour barra minn Malta li matulu lanzjani jkunu akkumpajati minn bosta ħaddiema taċĊentru. IċĊentru t'Għajnsielem jilqa' wkoll fih gruppi ta' anzjani minn Day Centres f'Malta. F'dan iċĊentru tinżamm ukoll lUniversità tatTielet Età li reġgħet ġiet introdotta b'suċċess sentejn ilu.
Waqt żjara li lMinistru għal Għawdex, lOnorevoli Giovanna Debono għamlet kemm fiddjar ta' anjani li kienu qed jirċievu lMeals on Wheels fi djarhom kif ukoll idDay Centre, hija qalet li huwa neċessarju li jiġu organizzati attivitajiet li jservu bħala parti milledukazzjoni kontinwa sabiex jiġu apprezzati lfażijiet kollha talħajja sabiex verament ikunu nistgħu ngħidu li għandna soċjetà għal kull età
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN